Sindku jmidd idejh biex inaddaf miżbla maħluqa minn xi residenti

Is-sindku ta' Għajnsielem flimkien ma' xi ħaddiema tal-kunsill jidher imidd idejh biex isebbah fejn bring in sites kienu ġew mibdula f'miżbla minn xi residenti

is-sindku t'Għajnsielem (bi flokk blu) jidher jgħin fit-tindif tal-lokal
is-sindku t'Għajnsielem (bi flokk blu) jidher jgħin fit-tindif tal-lokal

Kien ferm pożittiv meta dalgħodu wieħed seta jara lis-sindku ta' Għajnsielem, Franco Ciangura flimkien ma' żewġ ħaddiema tal-Kunsill lokali, jmidd idejh u jnaddaf parti min-naħa hekk imsejħa tal-Gudja fejn hemm il-bring in sites. Din il-parti kienet qed tinbidel f'miżbla minn xi residenti li flok jimlew is-siti taż-żible kienu qed jitfgħu kull tip ta' żibel mal-madwar. Din tinsab ħdejn playing fields tat-tfal u diversi ġrieden kienu qed jitfaċċaw b'periklu għal familji u uliedhom.

Inizjattiva tajba fejn flok il-bring in sites tpoġġew qsari bil-fjuri. Prosit għal sindki bħal dawn li mhux jirdnaw biss iżda jmiddu jdejhopm fix-xogħol ta'; tindif u tisbieħ tal-lokalita.

 

More in G?awdex