Studenti Għawdxin joħolqu 'Front favur Mina' għal dawk kollha favur il-Mina

Moviment mhux marbut mal-ebda karru politiku...iżda jilqa membri minn kull naħa

Erba studenti Għawdxin, ħolqu moviment li fih qed jitolbu li jidħlu sew Għawdxin kif ukoll Maltin li jaqblu li bejn malta u Għawdex issir mina taħt il-baħar. Dan il-fond qed jintlaqa tajjeb fejn il-paġna li telgħet fuq il-facebook https://www.facebook.com/FrontFavurMina diġa kellha 500 'like'. Tkellimna mal-persuna li hu l-moħħ wara dan il-moviment li hu Jonathan Mintoff li qalilna li il-kumitat li qed iservi ta xprun favur il-mina hu mibni fuq erba studenti Għawdxin, Marija Cachia, Beppe Galea u Carla Galea li stiednu żewġ membri Parlamentari Għawdxin miż-żewġ naħat tal-kamra, Franco Mercieca mill-Partit Laburista u Chris Said mill-Partit Nazzjonalista li jaqblu mal-bini tal-mina biex jitkellmu fil-Konfgerenza stampoa ta għada.

Mintoff qalilna li dan il-moviment la hi Għawdxija u lanqas waħda politika, iżda hi għaqda li tilqa fiha Maltin u Għawdxin li huma favur il-bini ta' mina bejn Malta u Għawdex. Qalilna wkoll li hemm membri mill-kommunita tan-negozji f'Għawdex u anke Malta li se jingġħaqdu magħhom.

Għada fis-2.30 p.m. San maison fejn isorġi l-vapur ta' Għawdex tal-merkanizja se jsir il-ftuħ uffiċċjali ta' dan il-front fejn se jitkellmu dwar il-mina iż-żewġ deputati Parlamentari.

 

More in G?awdex