Kull rampa fiċ-ċittadella se jkollha chairlifts - Anton Refalo
Il-Ministru Refalo wieġeb it-tħassib ta' Chris Said dwar li r-rampi huma weqfin wisq u li huma kontra l-liġi
It-tħassib li tqajjem fil-Parlament fl-aħħar ġimgħat dwar jekk il-bini ta’ rampa li saret għal dawk b’diffikultà ta’ mobbilità fil-Pjazza Katidral fiċ-Ċittadella fir-Rabat Għawdex, hix skont il-liġi, ġie ċċarat mill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo li qal li l-Ministeru tiegħu hu kommess li jsebbaħ u jtejjeb l-aċċessibilita madwar iċ-Ċittadella u se jagħmel diversi platforms u stairlifts madwar u fiċ-Ċittadella. Barra dawn se jsiru żewġ lifts barra s-swar taċ-Ċittadella biuex jiżgura aċċess aħjar mill-livell tat-triq sac-centru tal-viżitaturi u miċ-ċentru tal-viżitaturi għaċ-Ċittadella. an barra li wara li nstab ċirku tal-ġebel fil-pjazza tal-kattidral kellhom jbiddlu ir-rampa u l-ministeru għal Għawdex applika lil MEPA fil-5 ta' Ottubru li għaddha (tracking number 164155) għall-istallazzjoni għal lift ieħor biex ikun hemm aċċess min-naħa t'isfel tal-pjazza tal-kattidral għal qorti u t-toroq tal-madwar.
Dan it-tħassib kien tqajjem mix-Shadow Minister għal Għawdex, Chris Said, meta, kien appella fil-Parlament lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità biex fi żjara ta’ spezzjoni li kienet se tagħmel tassigura li rampa li saret għal dawk b’diffikultà ta’ mobbilità u li twassal għall-Katidral fiċ-Ċittadella, hi skont il-liġi. Il-Ministru qal li hemm diġa dati biex isiru laqgħat mal-KNPD dwar kull aċċessibilita li hemm bżonn fiċ-Ċittadella riġenerata.
Meta wieġeb mistoqsija parlamentari tax-Shadow Minister Chris Said, il-Ministru Michael Farrugia kkonferma li matul l-ispezzjoni li saret dan l-aħħar fuq il-post, irriżulta li r-rampa fi Pjazza Katidral mhix aċċessibbli għal kulħadd.
Dan minkejja li l-Perit tal-KNPD fir-rapport tiegħu datat 29 ta’ Settembru 2011 ma sabx oġġezzjoni għall-pjanti li ntbagħtu lill-KNPD mill-MEPA suġġett li l-iżvilupp ikun skont l-Access for All Design Guidelines.
L-istess rapport jgħid ukoll b’mod ċar li r-responsabbiltà aħħarija hija tal-applikant li x-xogħlijiet isiru skont l-Access for All Design Guidelines.
Il-Ministru Farrugia qal li huwa obbligu tal-KNPD li tara li postijiet pubbliċi jkunu aċċessibbli għal kulħadd u għaldaqstant hija obbligata li tara li l-Qorti ta’ Għawdex, il-Katidral u ċ-Ċittadella jkunu aċċessibbli.
Fin-nuqqas ta’ dan, il-KNPD se tagħmel dak kollu neċessarju biex jinstab rimedju għan-nuqqas ta’ aċċess fiżiku u l-postijiet ikunu aċċessibbli għal kulħadd b’konformità mal-Access for All Design Guidelines.