Prezzijiet irħas għal Għawdex matul Jannar

Mill-weekend li ġej sal-aħħar wieħed ta' Jannar bi skema oħra biex tiġbed aktar nies lejn Għawdex

Kull nhar ta’ Sibt u Ħadd mill-weekend li ġej – id-9 u l-10 ta’ Jannar, 2016 sat-30 u 31 ta’ Jannar 2016 il-prezzijiet tal-Maltin u barranin li jixtiequ jżuru Għawdex ser jerġa jiġi mraħħas drastikament. Il-prezz ta’ passiġġier minn €4.65 ser ikun €1.20 u l-prezz ta’ vettura minn €15.70 għal €8.20. Dawn il-prezzijiet ser jidħlu fis-seħħ mill-ewwel vjaġġ tas-Sibt tas-1.30 ta’ filgħodu sal-vjaġġ tal-Ħadd tas-4.30 ta’ wara nofsinhar.
 
Il-Ministru Refalo qal li l-iskop tal-Ministeru għal Għawdex  huwa li jkompli jiffoka fuq ix-shoulder months biex b’hekk it-turiżmu jiġi attirat matul is-sena kollha .  Il-mira tal-Ministeru għal Għawdex hi li Għawdex ikun  destinazzjoni turistika għal matul is-sena kollha.
 
Il-Ministru semma kif kull nhar ta’ Sibt u Ħadd mill-weekend li ġej – id-9 u l-10 ta’ Jannar, 2016 sat-30 u 31 ta’ Jannar 2016  il-prezzijiet tal-Maltin u barranin li jixtiequ jżuru Għawdex ser jerġa jiġi mraħħas drastikament. Huwa rrefera fost l-oħrajn li l-prezz ta’ passiġġier minn €4.65 ser ikun €1.20 u l-prezz ta’ vettura minn €15.70 għal €8.20. Dawn il-prezzijiet ser jidħlu fis-seħħ mill-ewwel vjaġġ tas-Sibt tas-1.30 ta’ filgħodu sal-vjaġġ tal-Ħadd tas-4.30 ta’ wara nofsinhar.
 
Joe Cordina Charmain tal-Gozo Channel qal li “Is-sena 2015 kienet sena tajba ħafna għall- Gozo Channel Co Ltd kemm f’dak illi għandu x’jaqsam ma ġarr  ta’ passiggieri kif ukoll dwar ir-rizultati finanzjarji.”  Huwa tenna li skemi bħal dawn ikomplu jinċentivaw aktar nies biex iżuru Għawdex fix-xhur tax-xitwa meta normalment in-negozju f’Għawdex ikun kwiet.  Il-Kumpanija Gozo Channel hija kommessa li  tkompli ittejjeb is-servizz li toffri.   Fil-fatt  hija ziedet b’mod sostanzjali il-vjaggi fl-iskeda tax-Xitwa  biex  tagħmila aktar faċli sew għall-Għawdxin kif ukoll għal kull min jixtieq izur lil Għawdex.


Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo semma kif l-inizjattiva ta’ qabel kienet suċċess.  Kien għalhekk li għal darba oħra, l-Ministeru għal Għawdex nieda   inizjattiva oħra li hija mmirata li tgħin lill-ekonomija Għawdxija matul l-istaġun li mhux daqstant popolari. Inizjattiva li għal darb’oħra  għandha l-appoġġ tal-Gozo Business Chamber kif ukoll tal-Gozo Tourism Association.
 
Il-Ministeru għal Għawdex se jibqa’ jaħdem biex itejjeb il-pożizzjoni ta’ Għawdex fis-suq, bħala destinazzjoni differenti li toffri esperjenza unika f’ambjent mill-isbaħ. Huwa tenna  l-impenn tal-Gvern favur Għawdex li mhux biss Gvern li jisma’, imma wkoll jaġixxi  għall-ġid tal-ekonomija Għawdxija.   Infatti skont cifri ppubblikati mill-Ufficju Nazzjonali tal-Istatika jikkonfermaw b’mod ċar li t-tkabbir ekonomiku fl-2014 zdied b’erba’ darbiet meta mqabbel mal-aħħar sena tal-amministazzjoni preċedenti minn 1.8% fl-2012 għal 8.1% fl-2014.
Preżenti għal din il-konferenza kien hemm iċ-Chairman tal-Gozo Channel Joe Cordina, Michael Grech f’isem  il-Gozo Business Chamber kif ukoll Joe Muscat f’isem il-Gozo Tourism Association.
 
Din l-iskema ma tapplikax għall-vetturi kummerċjali.
 
Category                                                       Standard Prices                Reduced Prices

Standard Passenger Fare                             Euro 4.65                         Euro 1.20

Karta Anzjan Passenger Fare                       Free                                 Free

Child Fare (3-12 years)                                 Euro 1.15                         Euro 1.15

Car + Driver Standard Fare                          Euro 15.70                        Euro 8.20

Karta Anzjan Car + Driver Fare                    Euro 11.05                        Euro 7.00

Standard Motorcycle &  Driver fare               Euro 8.15                         Euro 4.70

Karta Anzjan Motorcycle & Rider Fare          Euro 3.45                         Euro 3.45

Bicycle Fare + Driver                                     Euro 5.80                         Euro 2.35

Passengers Special Needs                            Free                                 Free

Car + Driver Special Needs                          Euro 11.05                        Euro 7.00

 

More in G?awdex