(Filmat tal-video) Grupp Għawdxi joħroġ l-ewwel single tiegħu
Nifs ġdid fix-xena lokali tal-mużika. Taħlita ta' brass b'lirika Maltija
Il-grupp li ngħaqad fl-2013 b'għan wieħed li jagħti nifs ġdid fix-xena lokali tal-mużika ħarġu l-ewwel single tagħhom: Sempliċita.
Clayton (Bassist), Joseph (Trumpet), Chris (Main Vocals) u Andrew (Guitarist), ilhom fix-xena mużikali minn meta kienu żgħar filwaqt li Sylvano (saxophone) u Michael (drummer) ingħġaqdu mal-kumplament tal-grupp fl-2013. Il-membri tal-grupp huma kollha Għawdxin u minħabba xogħlhom jirrikjedu li jaqsmu l-fliegu regolarment.
Din is-sena li għaddiet huma ħadmu fuq taħlita ta' mużika kontemporanja li tinkorpora l-'brass' u lirika Maltija. Huma rnexxielhom joħolqu ħoss mill-isbaħ fejn il-lingwa Maltija daħlet ħafna fir-ritmu tal-mużika li ħolqu.