Għada kif bdiet il-fiera tal-Għadira f'Ta' Kerċem

Għat-32 sena konsekuttiva qed tiġi organizzata l-Fiera Festa ta’ l-Għadira f’Ta’ Kerċem

Huma l-ħafna Il-Maltin u l-Għawdxin li bħalissa u anke aktar tard se jagħmlu l-ħarġa tagħhom fl-ambjent sabiħ tal-Għadira ta’ San Raflu, filwaqt li jiddevertu u jirbħu rigali mill-isbaħ waqt din il-Fiera.  Barra minhekk ser ikun hemm diversi attrazzjonijiet fosthom Wirja ta’ Żwiemel u kompetizzjoni kbira ta’ Sparar fuq il-Plattini li qed jittellgħu bil-kollaborazzjoni tal-Gozo Sports Board.  Ser ikun hemm ukoll spazju kbir ta’ logħob għat-tfal, face painting, bejgħ ta’ pjanti,  horse u pony riding, ikel u xorb, lotteriji, rebħ ta’ spot prizes, flimkien ma’ diversi logħbiet varjati.

L-attivita’ tibda minn nofs in-nhar u tibqa’ sejra sa filgħaxija.  Ikun hemm parking organizzat b’xejn.  Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq 21551355/79299095 jew email fuq [email protected]

 

More in G?awdex