Tifla ta’ sitt snin tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Għawdex

Wara ħabta bejn BMW u karrozza tal-pulizija

 

Illum għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart ta’ waranofsinhar , il-Pulizija t’Għawdex ġiet infurmata li kienet għadha kemm seħħet ħabta head-on fi Triq Santu Pietru, l-Għarb, Għawdex. Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ deher li l-ħabta kienet seħħet bejn vettura tal-Pulizija li kienet misjuqa minn kuntistabbli ta’ 27 sena residenti Sannat u karozza oħra tat-tip BMW 120D Sport li kienet qed tinstaq minn raġel Ingliż li għandu 25 sena residenti l-Għarb. Fil-karozza, flimkien max-xufier ta’ 25 sena kien hemm żewġ passiġġiera – mara ta’ 21 sena u tifla ta’ 6 snin, it-tnejn Inġliżi u joqgħodu l-Għarb.  Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifla ta’ 6 snin l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa.  Iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt filwaqt li l-kuntistabbli weġġa’ ħafif. Il-persuni l-oħra ma sofrew l-ebda ġrieħi.

 

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr P Coppini LL.D li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntat

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

More in G?awdex