Taqbiżlu demgħa waqt tgħanniqa emozzjonanti lit-tfajla speċjali Għawdxija
Ritratt mill-aktar uman waqt is-serata tal-għoti tal-unuri lill-isportivi f'Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo waqt l-għoti ta' unur speċjali lil żagħżugħa Għawdxija Maria Pia Saliba, ħareġ l-umanita tiegħu. Refalo kien qed jippreżenta lil din iż-żagħżugħa premju speċjali mogħti mill-Gozo Sports Board waqt il-Gozo Sports Awards. Meta Maria Pia telgħet biex tirċievi dan l-unur waqt standing ovation mill-mijiet preżenti, il-Ministru għannqa miegħu u qabżitlu demgħa. Maria Pia Saliba rebħet tliet midalji, deheb, fidda u bronż fl-għawm f'Ċipru waqt laqgħa sportiva tal-Ispecial Olympics fejn telgħet anke tirringrazzja lill-ommha u missierha u anke lil coach tagħha wara li rċeviet it-trofew speċjali.

Maria Pia flimkien mal-ġenituri tagħha, ħuha Adrian u l-għarusa tiegħu Angele u oħtha Michela
More in G?awdex