(Ritratti) L-għada taċ-ċelebrazzjonijiet raħal sħiħ taħt hangover

Ritratti taċ-ċelebrazzjonijiet ta' Għajnsielem meħuda minn Għajnsielem.com.mt

Nhar il-ħadd Għajnsielem ġew inkurunati Champions f'decider li rat l-akbar folla tal-istaġun f'Għawdex bl-attendenza tkun ta' madwar 3,500 persuna. F'partita mill-aktar kumbattuta rat lill-aqwa żewġ teams f'Għawdex dan l-istaġun jitqatlu għal 120 minuta fejn wara bidu tajjeb ta' Għajnsielem li ħadu vantaġġ ta' żewġ goals, Xewkija ġew f'tagħhom b'żewġ goals fit-tieni taqsima. Bi tkeċċija ta' tliet players, tnejn għal Għajnsielem u ieħor għal Xewkija, ir-rżultat deher li se jmur fuq in-naħa tax-Xewkija meta kellhom raġel iżjed fil-ground, iżda l-Għajnselmiżi organizzaw ruħhom fid-difiċa u fl-aħħar minuti tal-konfront li spiċċa bil-ħin supplementari, tawhom id-daqqa mortali biex dan ir-riżultat faqa lir-raħal ta' Għajnsielem f'festeġġjamenti kbar li ftit kien hemm bħalhom f'Għawdex. L-Għajnselmiżi imlew il-pjazza ta' quddiem il-każin u party kbir baqa għaddej sas-sigħat bikrin ta' filgħodu fejn ir-raħal kollu ħa grokk żejjed u l-għada spiċċa b'silenzju kbir għax kulħadd baqa rieqed.

 

Pjazza maħnuqa bl-Għajnselmiżi jifesteġġjaw
Pjazza maħnuqa bl-Għajnselmiżi jifesteġġjaw
Ghajnsielem iżommu r-rekord ta' l-uniku team Għawdxi li rebaħ il-Kampjonat ħames snin in fila
Ghajnsielem iżommu r-rekord ta' l-uniku team Għawdxi li rebaħ il-Kampjonat ħames snin in fila
Joseph Attard magħruf bħala Zola irtira mill-Football eżatt fil-ġurnata li it-team tiegħu għal dawn l-aħħar 25 sena rebaħ il-kampjonat
Joseph Attard magħruf bħala Zola irtira mill-Football eżatt fil-ġurnata li it-team tiegħu għal dawn l-aħħar 25 sena rebaħ il-kampjonat
Il-Football li jgħaqqad: is-isndku Nazzjonalista Franco Ciangura u l-leader tal-minoranza Laburista Larry Buttiegieg mgħannqa flimkien
Il-Football li jgħaqqad: is-isndku Nazzjonalista Franco Ciangura u l-leader tal-minoranza Laburista Larry Buttiegieg mgħannqa flimkien
Ritratt suġġestiv taċ-ċelebrazzjoni taħt il-Knsija tal-Madonna ta' Loreto
Ritratt suġġestiv taċ-ċelebrazzjoni taħt il-Knsija tal-Madonna ta' Loreto

More in G?awdex