Tan-Nadur l-itwal arblu
Illejla rekord ieħor fin-Nadur: L-akbar pittura fuq imrewħa mekkanizata


Wara li fuq dan is-sit din il-ġimgħa deher li l-arblu tax-Xewkija hu l-itwal wieħed f'Għawdex, ikkuntattjawna tan-Nadur u qalulna li l-itwal arblu hu tagħhom bid-differenza li dak tax-Xewkija hu l-itwal wieħed bla ventijiet, filwaqt li tan-Nadur hu kważi d-doppju tiegħu iżda bil-ventijiet. Dan ifisser li t-tnejn li huma rekords. Tax-Xewkija hu għoli minn wiċċ l-art 80 pied b'10 piedi taħt l-art u bla ventijiet, filwaqt li dak tan-Nadur hu għoli 147 pied minn wiċċ l-art u miżmum mill-ventijiet. Ifisser li tan-Nadur hu itwal 67 pied minn dak tax-Xewkija. Sadattant jidher li se jibqa jinżamm ritmu li f'dawn il-festi tas-sajf f'Għawdex se jkun hemm rekords nazzjonali f'dak li hu armar u wara li Fontana għandhom ir-rekord tal-akbar faċċata mżejna u Xewkija bir-rekord tal-itwal arblu bla ventijiet issa jmiss ukoll lin-Nadur li ġew ppreżentati għall-akbar pittura fuq imrewħa mekkanizata.

