Ħoss sajfi b'messaġġ pożittiv
Is-sajf iwassal għas-single l-ġdida mill-Grupp Għawdxi: The Travellers

Fl-aħħar is-sajf reġa’ magħna u miegħu ġab ukoll is-single li jmiss. Is-single il-ġdida ta’ The Travellers, li jisimha “Xemx u Xita”, hija t-tielet diska oriġinali li varaw mill-ewwel EP tagħhom bl-istess isem ta’ “Xemx u Xita” – li ħareġ f’April li għadda. Din is-single għandha l-aktar lirika astratta meta tqabbilha mad-diski oriġinali l-oħra fl-EP. Il-ħoss tad-diska huwa pjuttost sajfi u titkellem fuq kif persuna għandha tħares dejjem ‘il quddiem u tibqa’ pożittiva allavolja xi kultant il-ħajja ttiha bis-sieq. Dan il-messaġġ jiġi mwassal bl-użu ta’ ħafna metafori li għandhom x’jaqsmu man-natura li fl-istess ħin jirriflettu l-tlajja’ u l-inżul tal-ħajja. Iż-żmien huwa limitat, għalhekk għandna dejjem insibu raġuni għalxiex nitbissmu. {Is-sajf it-tajjeb!}