Mewġa oħra kbira f'Għawdex
Il-ħaddiema tal-Gozo Channel bla nifs
Bla dubju li jekk hemm xi ħadd li għandu jiġi mogħti Ġieħ Għawdex huma l-ħaddiema kollha tal-Gozo Channel li mhux biss ħadmu bla nifs iżda għadhom għaddejjin, lejl u nhar jaħdmu bla heda biex iġorru l-eluf ta' maltin u Barranin li għadhom ġejjin u sejrin minn Għawdex. Wara ġimgħa rekord ta' Santa Marija, jidher li se jkun hemm ġimgħa rekord ieħor meta din il-ġimghħa u fi tmiemha mistennija mewġa qawwija oħra ta; turisti lejn Għawdex meta huma l-eluf ta' Maltin li jinsabu bil-btajjel (shutdown) tas-Sajf. Dan ikkonfermah iċ-ċerman tal-Gozo Channel Joe Cordina u anke proprjetarji ta' ħwienet tal-kummerċ li qalulna li barra r-rekord ta' bejgħ li kellhom fil-ġimgħa ta' Santa Marija qed jistennew ġimgħa oħra qawwija fil-bejgħ.