Handanovic ippremjat mill-InterClub Gozo
Grupp ta' 16-il Għawdxi marru jaraw Inter v Torino u tħallew jinżlu fil-pitch qabel il-partita waqt il-warming up
Nhar l-Erbgħa 26 ta’ Ottubru 2016 l-Inter Supporters Club ta’ Għawdex għamlu l-premjazzjoni tal-għazla annwali tal-Aħjar Plejer tagħhom, lil
gowlkiper Samir Handanović. Għal din l-okkażjoni grupp ta’ 16 il-membru mmexxija mill-president tal-Klubb Joe Bajada kellhom esperjenzi ferm sbieħ u li ma jintesew qatt matul din iż-żjara tagħhom. Huma kellhom ix-xorti li jżuru s-Sede tal-Inter f’Corso Vittorio Emmanuele II fejn hawn il-membri kollha kellhom ix-xorti jammiraw id-diversi trofej li rebħu l-Inter fl-istorja glorjuża tagħhom.
Żjara oħra tal-grupp kienet fiċ-Centro Cordinamento fejn hawn il-grupp Għawdxi kellu sorpriża sabiħa meta ltaqgħu ma’ wieħed mill-leġġendarji u ex-captin u kowċ tal-Inter, Mario Corso. Waqt taħdidiet li Joe Bajada kellu mal-uffiċjali ta ċ-Centro Cordinamento, ntlagħqet it-talba biex kull membru jkollu okkażjoni ndementikabbli għal partita ta’ kontra t-Torino. Filfatt is-segretarju tal-klubb Mario Tabone ngħata l-inkarigu li jmexxi grupp ta’ 9 membri li niżlu mat-touch line tal-pitch ta’ San Siro biex għal 30 minuta ammiraw il-warming up tal-plejers titolari u anke dawk riserva tal-Inter. Din l-opportunita’ kienet l-ewwel waħda tax-xorta tagħha u kienu huma l-uniku klubb li ngħata dan iċ-ċans għall-imsemmija logħba. Intant il-membri l-oħra ngħataw ċ-ċans li jagħmlu t-tour ta’ San Siro fejn huma żaru postijiet stratetiġi fosthom il-bankijiet tas-sostituti u fuq kollox id-dressing room armata u dan ftit minuti biss qabel il-wasla tal-plejers tal-Inter.
Imbagħad il-qofol ta’ din il-mawra kien li wara li spiċċat il-partita
mirbuħa minn Neroazzurri kontra l-Granata bl-iskor ta’ 2-1 b’doppjetta
tal-kaptin Mauro Icardi, l-president tas-Supporters Klubb ta’ Għawdex Joe
Bajada assistit mill-assistent segretarju Alvin Grech għamlu l-premjazzjoni
tal-Aħjar Plejer tas-Sena skond il-votazzjoni tal-membri tagħhom lil
gowlkiper Samir Handanović. Hawn Handanović wera s-sodisfazzjon tiegħu għal
din l-għażla fejn wara li mbagħad iffirma ritratti uniċi tiegħu marbuta ma’
din l-għażla li wara dawn ngħataw lil membri kollha preżenti għal din
il-mawra. Mistoqsi direttament minn Bajada jekk huwa hux ġej Malta għal
partita internazzjonali ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja
tas-Slovenia kontra Malta nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru 2016, il-gowlkiper
Interista wieġeb li huma mhux ser ikun preżenti f’Malta għax irtira mit-tim
nazzjonali ta’ pajjiżu.