Lejliet
Film ieħor mid-dat tal-produzzjoni Għawdxija TGD b'kollaborazzjoni ma' dar oħra Imitosis li se jintwera fis-sala Don Bosco
Lejliet huma l-progett ghal dan il-Milied ta’ Three Generations Down, bl-attur Jamie Cardona fil-fokus principali ta’ din il-grajja li se tiehu l-forma ta’ film qasir, progett illi qed jigi mtella f’kollaborazzjoni ma’ Imitosis, tim ta’ produzzjoni li tella diversi xoghlijiet awdjovizivi fl-ahhar senna gewwa Malta, b’numru ta’ membri minn dan it-tim ingaggati fuq “Lejliet” bhala crew, inkluz Franco Rizzo bhala direttur tal-fotografija, meghjun minn Alec Fench u Jenny Mercieca, b’ Giovan Baldacchino bhala assistant fid-direzzjoni, Francesca Mercieca bhala Set Designer, u Yasmin Kuymizakis u Samuel Attard f’dak li hu awdjo.
Il-poster ufficjali jaghti hjiel ta’ inkontru bejn zewg individwi fil-kuntest stagjonali li ghaddejjin minnu bhalissa, minkejja li l-istess poster ma tantx iniehdi aura festiva.
Il-film huwa dirett minn Matthew James Ellul, bl-aspetti tal-produzzjoni immexxija minn Julia Camilleri, meghjuna minn Anne Camilleri u Daniel Vella.
L-ewwel screening ta’ Lejliet isehh nhar il-Hamis, 29 ta’ Dicembru, gewwa c-Cinefamilia Don Bosco fir-Rabat, Ghawdex, fid-disa ta’ filghaxija.
Wiehed jista’ facilment isegwi l-progett fuq is-siti socjali ta’ Imitosis u Three Generations Down.