Teżor Għawdxi jisparixxi u ieħor jitfaċċa
- Il-Parlament Ewropew jilqa parti minn teżor misjub f’qiegħ il-baħar Għawdxi fis-seklu 7 QK
- L-MPE Miriam Dalli tiftaħ l-esebizzjoni unika fil-Parlament Ewropew
Filwaqt li Malta u Għawdex kienet ixxukkjata bit-telfa arkeoloġika meta f’salt wieħed it-tieqa tad-Dwejra f’Għawdex sparixxiet, l-istess gżira t’Għawdex irregala lil gżejjer maltin teżor ieħor. Skoperta ta’ vapur tal-feniċi li kien għereq fil-baħar tax-Xlendi madwar 2,700 sena ilu.
Esperti iddikjaraw li din l-iskoperta hi waħda mill-akbar skoperti li qatt saru f’qiegħ il-baħar f’dawn iż-żminijiet riċenti. Fejn dan il-vapur tal-feniċi instab wara analiżi sistematika ta’ qiegħ il-baħar viċin il-gżira ta’ Għawdex. Waqt l-analiżi tfaċċat anomalija li ġiet immarkata bħala bersall biex wieħed jinvestiga. Din l-iskoperta mis-senior lecturer tal-Universita Maltija, Dr Timmy Gambin wieħed mill-aqwa arkeologi ta’ qiegħ il-baħar, diversi sħab internazzjonali ġew jgħinuh biex b’teknoloġija mill-aktar moderna tintuża biex jaslu x’kienet din l-anomalija li instabet li kienet l-akbar skoperta fl-aħħar żminijiet f’qiegħ il-baħar. B’din it-teknoloġija kien skopert x’tip ta vapur kien, x’kien qed iġorr u possibilment anke fejn kien sejjer u minfejn kien ġej.
Il-wirja ġiet miftuħa mill-MPE Miriam Dalli bil-kollaborazzjoni tal-Presidenza maltija fil-Kunsill ewropew u Heritage Malta, bid-direttur Maniġerjali Pierre Bonello jieħu rwol ferm attiv f’din il-wirja. Miriam dalli fid-diskors tagħha qalet li li b’din il-wirja Malta kellha l-opportunita li turi ir-rikkezzi kulturali u tradizzjonali tal-gżejjer tagħna, fejn faħħret ukoll kif l-universita ta’ Malta f’dik li hi xjenza teċċella fejn jidħol wirt tal-gżejjer tagħna.
L-Iskoperta
Mill-ewwel ritratti li ttieħdu f’qiegħ il-baħar ħareġ ċar li dan il-vapur kien wieħed antikissimu u għarqa importanti. Fil-fatt ġie stabbilit li l-għarqa seħħet madwar 2,700 sena ilu f’fond ta’ 110 metri. L-ewwel mistoqsija li riedet titwieġeb kienet jekk kienx hemm iżjed arkeoloġija mirduma fil-qiegħ tal-baħar barra dak li deher fil-wiċċ. U bit-tetijiet li saru bis-Sub Bottom Profiler urew li hemm żewġ metri oħra midfuna. Kien fl-2014 li tim internazzjonali ġie ffurmat biex isiru aktar studji fuq dan is-sit. Ġie użat ‘submarine’ biex jesplora l-għarqa u bil-kameras inġibdu eluf ta’ ritratti fejn simultanjament inħoloq ritratt 3d tas-sit arkeoloġiku. Fl-2016 tim ta’ divers speċjalizzati biex jinżlu f’fond ta ‘l fuq minn 100 metru niżlu u tellgġu magħhom diversi oġġetti li kien hemm fil-qiegħ. Instab li l-‘cargo’ kien magħmul minn diversi oġġetti, biċ-ċeramika li nstab fin-nofs tal-vapur mgħerreq, filwaqt li ġarar li kienu ġejjin miċ-ċentru tal-mediterran u mill-baħar Tirrenju instabu fin-nofs tal-vapur ukoll. Instabu seba kontenituri differenti li jinkludi wkoll ġarra termali. Il-vapur kellu wkoll diversi speċi ta’ ġebel (li bl-Ingliż jissejħu saddle querns) li jintużaw biex jidħnu d-dqiq jew biex jiġi preparat l-ikel. U dawn jidhru li kienu ġodda u ma ntużawx. Mit-testijiet sar magħruf li sawn kienu ġejjin minn Pantelleria minħabba li l-ġebla kienet volkanika.
Din l-iskoperta għenet biex il-Ministeru ta’ Għawdex ngħata fondi ta’ €5 miljun mill-ewropa biex dan il-wirt misjub fil-qiegħ tal-baħar Għawdxi jittella u jitpoġġa fil-mużew ta’ Għawdex li se jkun flok fejn kien hemm il-liċeo. U din l-iksoperta żgur li se tkun ta attrazzjoni kbira gġħal dan il-mużew li se jkun uniku fejn jidħol il-wirt kulturali ta’ qiegħ il-baħar Għawdxi.