Iridu jibnu blokk appartamenti fuq art ODŻ fiż-Żebbuġ
l-ERA u l-Kunsill Lokali joġġezzjonaw
Fiż-Żebbuġ Għawdex żviluppatur irid jibni blokk ta’ appartamenti fit-Triq taċ-Ċaqra fiż-Żebbuġ fuq art ODŻ. Fil-fatt hu talab il-permess lill-awtorita tal-ippjanar (PA/00130/16). Diversi residenti qrib din l-art huma nkwetati li jista jingħata l-permess fuq art verġni, meta diġa kienet intalab permess fuq l-istess naħa fi Sqaq Anton Mallia bl-ERA toġġezzjona biex jinżamm dan il-permess. Anke l-Kunsill lokali oġġezzjona kontra l-iżvilupp.
L-ERA appellat lill-awtorita tal-iżvilupp biex ma joħroġx il-permess peress li qiegħed fuq art ODZ u qalet ukoll li s-siġar li hemm mhux se toħroġ permessi bie xjinqalgħu.
More in G?awdex