Albert
Gauci Cunningham

Albert Gauci Cunningham, 38 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta ILLUM u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irrapporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej u bħalissa qed imexxi rappurtaġġ estenisiv dwar il-ħidma tal-Parlament Ewropew, f'kampanja imsejħa 'Ewropej'. Fl-aħħar sitt snin il-gazzetta ILLUM u s-sit illum.com.mt raw żieda notevoli fin-numru ta' qarrejja, fiċ-ċirkolazzjoni kif ukoll fil-bejgħ. F'Ġunju 2019 kien varat is-sit illum.com.mt, b'dehera ġdida u bil-kulur vjola - issa sinonimu mal-ILLUM. Qabel l-2015 Gauci Cunningham kien ġurnalist mal-Union Print għal sentejn.

Marlene Farrugia se tressaq mozzjoni biex ikun diskuss ir-rapport tal-Caritas
Il-Membru Parlamentari Indipendenti tilqa' l-isfida li għamlet l-ILLUM lil...
B'4.3% Malta hija l-anqas pajjiż li għandu qgħad fil-Mediterran u t-tielet l-anqas fl-UE kollha
.....skont statistika maħruġa mill-Eurostat li turi kif il-Greċja, l-Italja,...
'Il-mama' titkellem Ingliż tajjeb ħafna ... il-papa' mhux wisq imma'
L-istudju ppublikat il-ġimgħa l-oħra dwar l-użu tal-lingwa Ingliża...
Il-President tipproponi 'bail out' għal dawk li ma jifilħux iħallsu għal servizzi bażiċi
...Meta kienet ippreżentata bir-rapport tal-Caritas il-President Coleiro Preca...
Liema deputat se jilqa’ l-isfida?
L-Editorjal tal-ILLUM
‘Iż-żgħir qed jitkisser u s-sitwazzjoni tagħna hija tal-biki’
Negozji żgħar tal-ħwejjeġ jitkellmu mal-ILLUM dwar negozju batut fl-ewwel...
Mintoff trid kontrolli fuq il-prezz tal-kera
... imma Muscat jgħidilha li m’hemmx ċans
Eluf ta’ nies ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja imma qed nitkellmu fuq il-burger u x-xaqq
"69 Deputat moħħhom biex jgħidulna min għandu kont fejn u kemm hi...