Immanuel Mifsud twieled f'Malta fl-1967. Beda jikteb il-poeżija u l-proża meta kellu 16-il sena u beda jaħdem ukoll ma' gruppi teatrali esperimentali. Kien jidderieġi x-xogħlijiet tiegħu stess u iktar tard xogħlijiet ta' Chekhov, Dario Fo, Max Frisch, Federico Garcia Lorca, David Mamet, Harold Pinter u Alfred Buttigieg. Diversi xogħlijiet ta' Immanuel Mifsud kienu tradotti u ppubblikati f'ħafna pajjiżi Ewropej u fl-Istati Uniti. Il-proża ta' Mifsud mill-ewwel ġibdet l-attenzjoni tal-kritiċi Maltin u rebaħ l-unur Maltese Generation-X writer. Il-ġabra ta' stejjer qosra fl-2005 'Kimika' qajmu kontroversja u ntqal li kienu 'letteratura pornografika' u l-pubblikatur oriġinali waqqaf l-istampar ta' dan ix-xogħol. Iżda mbagħad dil-ġabra ġiet ippubblikata iktar tard f'dar tal-pubblikazzjoni oħra. Ironikament 'Kimika' spiċċa fit-tieni post fl-Unuri tal-Ktieb Nazzjonali tal-2005. Immanuel Mifsud jikteb ukoll għat-tfal, u ppubblika ġabra ta' stejjer qosra għat-tfal u ktieb bit-taħniniet. Fl-2002, il-ġabra ta' stejjer qosra L-Istejjer Strambi ta' Sara Sue Sammut rebaħ il-Premju tal-Ktieb Nazzjonali u fl-2011 Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben) rebaħ il-Premju Letterarju tal-Unjoni Ewropea.

opinjoni | sinjali
Immanuel Mifsud jikteb dwar is-settur ambjentali 
opinjoni | Soho
'Dak li qal Adrian Delia fl-intrata tad-Dar Ċentrali, li l-għedewwa huma...
opinjoni | Oswiecim - Charlottesville
'Ebda mument tal-istorja, ikrah kemm kien ikrah, ma rnexxielu jgħallem...
opinjoni | Monopoly
Il-pultruni u l-umbrelel imissu l-ilma fil-bajjiet f’Kemmuna u nħawi...
Opinjoni | Dak li għandi; Dak li jien
'Sirna naqgħu u nqumu mhux biss mill-proxxmu ta’ maġenbna, imma...
opinjoni | Post Election Blues
'Minn banda ngħidu li l-poplu huwa intelliġenti, sovran u x’naf...
opinjoni | Dwar il-Bandiera Maltija
Immanuel Mifsud jitkellem dwar il-furur tal-elezzjoni, u s-simboli ta'...
opinjoni | Kampanja Bla Nifs
Immanuel Mifsud jitkellem dwar ir-rwol tat-tfal f'din il-kampanja...