Perit Malti jirbaħ 'Store Design of the Year' f'Londra
Jonathan Mizzi rebaħ dan l-unur f'Londra għall-istil innovattiv ta' kif iddisinja store tal-Yoghurt f'Londra



Jonathan Mizzi wara erba' darbiet innominat fl-aħħar rebaħ l-unur tal-aqwa disinn ta' ħanut tas-sena meta ddissinja s-samba Swirl Store f'Camden, Londra. Dan hu l-ewwel self service tal-yoghurt fl-Ingilterra, u Mizzi seraq ix-xena billi rnexxielu jittrasporta l-eċitament tal-Brażil fit-toroq ewlenin tal-Ingilterra. Dan il-ħanut qed ikollu suċċess kbir meta l-klijenti qed jinġibdu mill-kuluri vivaċi li tah l-perit Malti.
Wieħed jista' jmur jieħu l-yoghurt iffriżat b'toppings tal-frott li wieħed jista' jieħu minn speċi ta' iceberg tal-istainless steel imdawla minn LEDs.
Jonathan Mizzi, 32, hu bbażat f'Londra u anke f'Malta u jaħdem f'kull tip ta' disinni minn perizji, disinni industrijali, dwal, disinn interattiv u artworks kummerċjali.
Mizzi Studios ħadem ma' intrapriżi kbar li jinkludu r-Royal Parks ta' Kensington u Chelsea, il-lukanda Mondrion ta' Londra, iz-Zodiac HQ f'Oxford Street, Landrover, Tom Dixon u Marie Guerlain.