Il-programm ta’ tagħlim u parteċipazzjoni tat-Teatru Manoel, iniedi l-proġett TOI TOI NextGen

Matul dawn l-aħħar snin, il-Maniġer ta’ TOI TOI Kate Fenech ħadmet qatigħ fuq TOI TOI NextGen, bi produzzjonijiet addattati għall-Istudio Theatre fi ħdan it-Teatru Manoel

Il-Programm ta’ Tagħlim u Parteċipazzjoni tat-Teatru Manoel, TOI TOI, qed iniedi proġett ġdid immirat għall-persuni minn 16-il sena ’l fuq bl-isem ta’ TOI TOI NextGen. L-ewwel produzzjoni ta’ dan il-proġett iġġib l-isem ta’ ‘Nan, Me and Barbara Pravi’ li se tittella’ fl-Istudio Theatre tat-Teatru Manoel mid-19 sal-22 ta’ Settembru.  

Matul dawn l-aħħar snin, il-Maniġer ta’ TOI TOI Kate Fenech ħadmet qatigħ fuq TOI TOI NextGen, bi produzzjonijiet addattati għall-Istudio Theatre fi ħdan it-Teatru Manoel. “Ridna li b’dan il-kunċett ninkludu lill-udjenza u jkollna r-reazzjonijiet tagħhom”, tispjega Field. “L-għan prinċipali ta’ TOI TOI NextGen hu sabiex l-udjenza, li tkun tinkludi persuni minn 16-il sena ’l fuq, tieħu sehem u ssir parti mill-produzzjoni li tkun qed tittella’. Il-proġett NextGen joffri opportunitajiet lil ġenerazzjoni ġdida ta’ dawk li jżuru t-teatru biex jesperjenzaw produzzjonijiet internazzjonali ta’ ħames stilel f’ambjent rilassanti.  

TOI TOI NextGen se jiftaħ permezz ta’ Hannah Maxwell u x-xow tagħha ‘Nan, Me and Barbara Pravi’. B’taħlita ta’ kliem, filmati u chanson francaise, din il-produzzjoni se tieħu lill-udjenza fuq mejda ta’ kċina fejn se ssir diskussjoni dwar in-niket, li wieħed jieħu ħsieb lil xulxin, il-vizzji u kif toħroġ minnhom u t-tama. Matul l-istess perjodu se jsir ukoll workshop bl-isem ‘Finding Your Voice’ ... ċans ieħor għall-komunitá artistika sabiex titgħallem minn artisti b’esperjenza vasta. 

‘Nan, Me and Barbara Pravi’ se tittella’ mill-Ħamis 19 sal-Ħadd 22 ta’ Settembru. Għal iktar informazzjoni żur is-sit elettroniku tat-Teatru Manoel www.teatrumanoel.mt

 

More in Arti