Spettaklu u kuluri
Tirritorna l-AirShow b'akrobazija tal-ajru, spettaklu u kuluri
Għaddiet sena oħra, u bħalma jiġri kull Settembru, irritornat il-famuża AirShow. L-ispettaklu beda mill-bieraħ fejn eluf ta’ Maltin inġabru fi bnadi differenti ta’ Malta, jew anke wħud intasbu fuq il-bjut tagħhom isegwu bir-reqqa l-bravuri u l-akrobaziji ta’ piloti Maltin u barranin.
L-ispettaklu se jkompli. Il-programm tal-lum jinsab hawn taħt:
12:15 – Alouette III tal-Forzi Armati ta’ Malta
12:20 – MB-339 (10) tal-Forzi tal-Ajru Taljana
13:00 – C-130 Hercules tal-Forzi tal-Ajru Irjali
13:30 – C-101 Aviojets (7) tal-Forzi tal-Ajru Spanjoli
14:20 – AB-212 tal-Forzi tal-Ajru Taljani
14:40 – Tucano tal-Forzi tal-Ajru Rjali
15:10 – L-159 Alca tal-Forzi tal-Ajru Ċeki
15:35 – F-18C Hornet tal-Forzi tal-Ajru Svizzeri
16:15 – Airbus A230 tal-Air Malta
16:30 – Hawk T.1 (9), ir-Red Arrows
18:00 – P-3C Orion tan-Navy tal-Istati Uniti
18:30 – P-166, privat