
Ikun Li Trid Int - Randan 2025
Id-direzzjoni mużikali ta’ dan il-kunċert se tkun f’idejn is-Surmast Mro. Christopher Bonnici, filwaqt li l-kliem u l-mużika huma tal-Prof. Manuel Mifsud u s-Sinjura Therese Cassar

Il-Kor Parrokkjali Regina Coeli, fi ħdan il-Parroċċa ta’ Marija Reġina, ser jippreżenta kunċert Bibliku ispirat mill-ispiritwalità tar-Randan bl-isem "Ikun li Trid Int".
Dan il-kunċert se jkun mument ta’ riflessjoni u meditazzjoni permezz tal-mużika u l-kelma, li jqarribna aktar lejn il-misteru tar-Randan u l-Għid.
Id-direzzjoni mużikali ta’ dan il-kunċert se tkun f’idejn is-Surmast Mro. Christopher Bonnici, filwaqt li l-kliem u l-mużika huma tal-Prof. Manuel Mifsud u s-Sinjura Therese Cassar.
L-avveniment se jsir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Reġina, fi Triq Nerik Sacco, il-Marsa, nhar is-Sibt 5 ta’ April 2025 fis-7:00pm.
Dan il-kunċert, permezz ta’ siltiet mużikali u testi meditattivi, ser joffri spazju ta’ riflessjoni u kontemplazzjoni, ideali għal dawk li jixtiequ jidħlu aktar fil-qalb tal-messaġġ tar-Randan.
L-entratura hija b’xejn, u kulħadd huwa mistieden jattendi għal dan il-mument ta’ mużika u talb li jħejjina spiritwalment għall-Ġimgħa Mqaddsa.