Album ġdid tal-Pink Floyd wara 20 sena (isimgħu parti minnu hawn)
Endless River hu l-isem tal-album il-ġdid tal-Pink Floyd, kollu strumentali ħlief diska waħda biss
20 sena wara 'The Division Bell' fis-suq tad-diski tfaċċa 'The Endless River' l-album il-ġdid tal-Pink Floyd. Jew aħjar wieħed isejjaħlu bħala l-album li jsellem il-memorja ta' Richard Wright.
Dan l-album hu wieħed strumentali fejn diska waħda biss hi kantata, 'Louder than Words' miktuba minn Polly Samson, mart Gilmour u li diġà ħarġet bħala single. Hu maqsum f'4 partijiet u fih 18-il diska.
Il-klima li jagħti dan l-album hi malinkonika, sperimentali u anke stil differenti għal kollox fejn jisostwixxi atmosfera ta' 'new age', fejn ħafna minnu toħroġ il-qawwa tal-kitarra ta' Gilmour. Meta wieħed jitkellem dwar il-Pink Floyd bħal speċi qed titkellem dwar kult reliġjuż fejn tidħol il-mużika tagħhom. Dan l-album fih diski tagħhom li ma kienu nstemgħu qatt, iżda wieħed irid jammetti li s-saħħa vera u proprja tagħhom ma tinħassx f'dan l-album, anke jekk jibqa' album li se jintlaqa' ħafna mill-miljuni ta' fans tagħhom.
Tant hu hekk li tant diġà ġie ordnat meta lanqas għadu biss ħareġ għall-bejgħ li diġà jinsab fl-ewwel post tal-klassifiċi fid-dinja.
Din hi t-track list
Things Left Unsaid
It’s What We Do
Ebb and Flow
Sum
Skins
Unsung
Anisina
The Lost Art of Conversation
On Noodle Street
Night Light
Allons-y (1)
Autumn ’68
Allons-y (2)
Talkin’ Hawkin’
Calling
Eyes to Pearls
Surfacing
Louder Than Words