Żvelata l-libsa li se tilbes Federica
Il-libsa hi xogħol ta' Charles & Ron
Għadha kif intemmet issa, l-konferenza li l-ġurnalisti mid-delegazzjoni Maltija. Dawn il-konferenzi qed isiru taħt tinda armata apposta biswit ix-Ship Building, il-post fejn qed jittella' dan il-festival. Matul din il-konferenza, Gillian Attard, l-għalliema ta' Federica tkellmet dwar l-importanza tat-taħriġ kuljum u importanti għall-vuċi ta' Federica. Elton Zarb u Matt (Muxu) Mercieca, il-kompożitur u l-awtur tal-kanzunetta, stqarrew li ma kinitx faċli biex joħorġu b'kanzunetta qawwija u tajba bħal Diamonds. Fil-fatt, qabel ir-riżultat finali, li qed nisimgħu, kien hemm tmintax-il verżjoni oħra.
Intant, Federica qalet li qed tgħix din l-esperjenza bl-ahjar mod, żvelat kif il-libsa li se tilbes nhar is-Sibt fil-finali se tkun kulur id-deheb, iddisinjata mill-Maltin Charles & Ron. "Il-libsa se jkollha naqra 'djamanti' ukoll biex taqbel mat-titlu tal-kanzunetta."