Jinqata' d-dawl waqt is-serata għal madwar 10 minuti
Biex ma jinqalax pandemonju ttella' Chrysander Agius jallegra lill-udjenza
Fl-ewwel serata tal-Junior Eurovision Song Festival waqt it-tieni kanzunetta nqata' d-dawl u s-serata kellha tieqaf. Dam madwar 10 minuti bin-nies fid-dlam u ttella fuq il-palk il-komiku Sander Agius biex jallegra lil pubbliku preżenti u jżommhom kwieti jew aħjar jidħku u jiddevertu.
Għalkemm id-dawl dam mitfi 10 minuti, is-serata damet biex kompliet madwar siegħa. Waqfet għall-ħabta tas-7.15pm u kompliet għall-ħabta tat-8.20pm.
Kien hemm madwar 4,000 persuna preżenti fosthom mijiet ta' barranin u anke l-ġurija minħabba l-fatt li l-ġurija tagħti l-vot tagħha llum.
Sadanittant l-European Broadcasting Unit qalet li hi ma tilfitx il-fiduċja tagħhaa fil-PBS. F'konferenza stampa li ngħata lbieraħ filgħaxija, il-Kap Eżekutiv ta' PBS, Anton Attard qal li dak li ġara kien kollu minħabba wieħed mill-fornituri tal-enerġija.
F'konferenza stampa l-EBU qalet, "PBS għandu l-appoġġ kollu tal-EBU li għada filgħaxija se jtella' spettaklu mill-aqwa." Dan qalu li s-Supervisor Eżekuttiv tal-EBU għall-Junior Eurovision Song Contest, Mr. Vladislav Yakovlev.
Is-serata ta' għada se tkun qed tintwera live fis-sittax-il pajjiż parteċipant flimkien mar-Renju Unit, l-Istati Uniti, l-Arġentina, l-Awstralja, New Zealand u anke Costa Rica.