![[IT-TIENI PARTI] Is-sensiela oriġinali Planet of the Apes](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/planet_of_apes_2.png)
Malta fir-raba' post
L-Italja tirbaħ is-serata b'159 punt u Malta fir-raba' post b'116-il punt



IĠiet fit-tmiemha s-serata finali tal-Junior Eurovision Song Contest f'Malta. F'serata li kienet deskritta bħala l-aqwa finali li qatt saret kemm ilu jeżisti l-Junior Eurovision Song Contest, bla tlaqliq ngħidu li Malta, ħarget ta' nies quddiem l-Ewropa kollha. Anke l-preżentattriċi stqarret dan, fl-aħħar ftit diskors li għalqet din is-serata, fil-fatt bi tbissima u b'xi ftit sarkażmu, Moira Delia, temmet din is-serata billi qalet li minkejja xi intoppi, anke qtugħ tad-dawl fis-serata tal-bieraħ, Malta, irnexxielha!
Ir-riżultat finali juri kif l-uniku tifel fost il-parteċipanti kollha rebaħ dan il-festival. Fil-fatt, Vincenzo Cantiello mill-Italja, rebaħ bil-kanzunetta "Tu Primo Grande Amore". Din kienet l-ewwel sena li l-Italja ħadu sehem fil-Junior Eurovision Song Contest.
Waqt il-voti, Malta tat 10 punti lill-Italja, filwaqt li 12-il punt tal-Maltin marru għand l-Armenja, li ġew fit-tielet post fis-serata finali
Il-kanzunetta Maltija ''Diamonds'' b'interpretazzjoni mill-aqwa, ġiet fir-raba' post b'116-il punt. Dan huwa t-tieni l-aħjar riżultat għal Malta, fl-istorja tal-Junior Eurovision Song Contest. Bla Dubju l-aqwa riżultat kien is-sena l-oħra, fl-2013 b'Gaia li permezz tal-kanzunetta ''The Start'', Malta kisbet l-ewwel post b'130 punt. Fl-2008, Daniel Testa, bil-kanzunetta Junior Swing, ukoll kien kiseb ir-raba' post, iżda kien ġab 100 punt.
Il-kunċett u d-disinn tal-korejografija mill-aktar rikka tal-Junior Eurovision kienet immexxija mill-Kap Eżekuttiv tal-PBS u mill-produzzjoni eżekuttiva tal-Eurvision, Anton Attard. Attard għandu storja ta' produzzjonijiet li jinkludu bini ta' stazzjonijiet tar-radju, stazzjonijiet televiżivi u kunċerti internazzjonali.
It-tiżwiqa tal-biċċiet uniċi tas-siti Maltin u l-palk ferm ikkulurit kien mertu tal-krejattivita ta' Anton Attard u t-tim tiegħu.