![[IT-TIENI PARTI] Is-sensiela oriġinali Planet of the Apes](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/planet_of_apes_2.png)
Presepju ħaj f'Selmun
Presepju ħaj għall-familja kollha f'Selmun

Uħud mill-atturi tal-presepju f'Selmun
Il-kumpanija Arkeo qed ittella' l-ewwel attività tagħha u għażlet dan iż-żmien sabiħ tal-festi biex ittella' presepju ħaj ġewwa Selmun nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej, 27 u 28 ta' Diċembru.
Dan il-presepju se jkun fiċ-ċentru tal-viżitaturi tal-Imġiebaħ, quddiem il-lukanda li hemm Selmun.
Il-presepju, li se jkun forma ta' reċta li se tittella' kull sagħtejn, fil-11am, fis-1pm u fit-3pm kemm is-Sibt u anke l-Ħadd.
Id-dħul u l-parkeġġ huma b'xejn
Waqt li tawgura l-Milied u s-Sena t-Tajba lil kulħadd, il-kumpanija Arkeo tixtieq tistieden lill-familji Maltin u Għawdxin biex jattendu għal dan il-presepju ħaj li qed jittella' l-ewwel darba qalb l-atmosfera unika li jafu joffru l-inħawi ta' Selmun.
More in Divertiment