![[IT-TIENI PARTI] Is-sensiela oriġinali Planet of the Apes](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/planet_of_apes_2.png)
Band Maltija tagħmilha fuq billboard.com
The New Victorians isibu posthom fuq billboard.com

Il-band Maltija The New Victorians magħmula mill-aħwa Philippa u Bettina Cassar, Kurt Vella, Sean Borg, Ryan Paul Abela u Pete Farrugia u d-diska tagħhom Dustpile ngħatat esponenza qawwija fuq waħda mill-akbar siti tax-xena tal-ispettaklu fid-dinja, billboard.com.
Is-sit, li hi popolari ħafna fl-Istati Uniti, ir-Renju Unit u l-Kanada għadha kif ippubblikat fuq is-sit tagħha klassifika ta' diski. Il-persuna li kiteb din il-klassifika, Walter Janaro, ġie magħżul biex isemmi l-iktar diski favoriti tiegħu għall-2014.
F'din il-klassifika kien hemm diversi artisti ta' fama mondjali, iżda Janaro poġġa lid-diska Maltija, Dustpile ta' The New Victorians fl-ewwel post u qal li infatti kienet id-diska favorita tiegħu għall-2014. Hu ma naqasx li jsemmi li dan il-grupp huwa grupp Malti.
