![[IT-TIENI PARTI] Is-sensiela oriġinali Planet of the Apes](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/planet_of_apes_2.png)
[FILMAT] Ma marx il-Karnival u l-Karnival mar għandu
Filmat li juri l-parteċipanti tal-Karnival quddiem id-dar ta' Pawlu l-Pampalun

Ftit jiem ilu l-gazzetta ILLUM ħabbret li Pawlu Curmi, magħruf aħjar bħala l-Pampalun li kien se jitlef għall-ewwel darba f'66 sena l-Karnival minħabba li kien ma jiflaħx u ma setax joħroġ.
Iżda minkejja li hu ma marx il-Karnival, il-Karnival wasal għandu kif jidher fil-filmat t'hawn taħt. Il-parteċipanti, iż-żeffiena u l-karru tal-kumpanija tiegħu jidhru resqin quddiem id-dar ta' Pawlu Curmi l-Pampalun u jqattgħu ħin twil hemmhekk joffrulu ftit mill-ispettaklu tal-Karnival waqt li hu jidher ixejjer mit-tieqa ta' daru.
More in Divertiment