Imniedi l-proġett 'Skopri l-Belt Valletta'

Imniedi proġett li bih it-tfal jistgħu jsiru jafu aktar dwar il-Belt Valletta.

Iċ-Chairman tal-Valletta 2018, flimkien mal-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo u mas-CEO tal-Bank of Valletta Charles Borg nehdew il-proġett 'Skopri l-Belt Valletta'.

Dan il-proġett ħa jagħti l-possibilità lit-tfal tal-iskola jiskopru aktar il-Belt Valletta billi jisimgħu u jaqraw aktar informazzjoni dwarha f'verżjoni awdjo, kif ukoll permezz ta' flashcards. Din hija informazzjoni storika dwar 24 post differenti fil-Belt li permezz tagħhom t-tfal tal-iskola jistgħu jesploraw l-istorja meraviljuża tal-Belt Valletta. Dawn il-pakketti ta' informazzjoni ħa jintbagħtu lill-iskejjel tal-istat, tal-Knisja kif ukoll dawk privati.

Barra minn hekk, rappreżentanti tal-media ħa jakkumpanjaw mixja qasira mill-Forti Sant'Iermu sal-Kulleġġ ta' San Ġorġ Preca, l-iskola Primarja tal-Belt Valletta. Din il-mixja ħa ssir l-Erbgħa 4 ta' Marzu fl-10:30am. Min hu interessat huwa mitlub jikkonferma l-attendenza tiegħu s'għada, it-Tlieta 3 ta' Marzu sa' nofsinhar.

More in Divertiment