[FILMAT] 200 miljun Awstraljan isegwu lil Guy Sebastian bid-diska tal-Eurovision

L-Awstralja miġnuna fuq li se jieħdu sehem l-ewwel darba fil-Eurovision

 

Guy Sebastian li kien l-ewwel wieħed li rebaħ Australian Idol qal li jħossu kkargat għall-Eurovision fejn se jippreżenta lill-Awstralja għall-ewwel darba li se tieħu sehem fi Vjenna. 

Wara ġimgħat ta' spekulazzjoni Sebastian ġie nominat li se jkun l-artist li jkanta għall-Awstralja għall-Eurovision fi Vjenna fit-23 ta' Mejju.

Il-kantant ta' 33 sena qal li jħossu kkargat għal dan l-avveniment fejn fl-Awstralja bħalissa ħoloq għagħa kbira tant li fis-serata li ntagħżel rawh 200 miljun persuna, "mhix xi ħaġa ta' kuljum li tkanta quddiem 200 miljun persuna" qal Sebastian li rebaħ popolarità kbira meta fl-2003 rebaħ l-ewwel Australian Idol. Issa f'idejh li jagħżel il-kanzunetta li jrid jipparteċipa biha fi Vjenna fejn fis-serata, li rawha 200 miljun persuna, hu kanta diversi kanzunetti minn tiegħu li kien hemm inkluż ukoll il-ballad tiegħu tal-2012 'Get Along'.

More in Divertiment