Tkompli l-avventura għal The Crowns

Mary Jane - kanzunetta ġdida dwar mara maħkuma mill-vizzju tad-droga

Il-grupp The Crowns
Il-grupp The Crowns

Mary Jane - kanzunetta ġdida minn The Crowns, grupp tal-ġeneru pop/rock magħmul minn; Gianluca Cappitta, Chris Ciantar, Victorio Gauci, Jean Paul Mollicone and Luke Vella Clark. Din hija l-ewwel kanzunetta minn avventura li taf il-bidu tagħha fis-sena 2010, u li wasslet għall-produzzjoni ta’ “Someone Else”, l-ewwel album. B’xejn anqas minn 7 suċċessi, kemm b’kanzunetti oriġinali, u anke b’remix, The Crowns qatt ma ħarsu lura, u jidher li permezz ta’ din il-kanzunetta, ħa jkollhom sena mimlija.

“Mary Jane”, bi produzzjoni ta’ David Vella minn Temple Studios, u b’xogħol tekniku ta’ Fred Kevorkian minn Avatar Studios ġewwa l-Istati Uniti, mhux biss għandha ħoss modern u addatat għal kull età, iżda tinkora lirika interessanti. Dan għaliex it-tifsira għandha żewġ uċuħ, naħa li tirreferi direttament għal mara, u naħa li tirreferi għal dik l-istess mara iżda fil-forma ta’ droga, li ssir vizzju, wieħed li jkisser, u jqarraq.

Mezz ta’ promozzjoni maħsub bħala sapport għal “Mary Jane” huwa video mużikali li ġie miġbud, direġut, produċut, u editjat minn Matthew James Borg. L-għan ewlieni kien li tiġi maħluqa xena ta’ festin, fejn kulħadd qiegħed jieħu gost. The Crowns jixtiequ jirringrazzjaw lil kull min ta’ sehmu f’dan il-proġett, inkluż Marc Calleja Bayliss minn Ironic PR & Artist Management, Luke Engerer bħala stilista bi ħwejjeġ mill-istabbiliment IQ ġewwa Baystreet, Chairmane Gauci għal make-up kif ukoll Keith Shaw u Josephine Abela għal ospitalità.

Għal aktar informazzjoni dwar The Crowns, inħeġġukhom sabiex tagħtu ħarsa lejn il-paġni tagħhom fil-media soċjali www.facebook.com/thecrownsmalta jew www.twitter.com/thecrownsmalta

More in Divertiment