Kanzunetta ġdida m'għand Davinia bl-isem ta' round & round
Hija ġabra ta' ġeneri differenti - pop, rhytm & blues, funk u soul
Davinia, kantawtriċi femminili ta’ tnejn u għoxrin sena, riċentament ibbażata fl-Istati Uniti tal-Amerika sabiex tistabbilixxi karriera bħala kantanta f’pajjiż barrani, bil-ħsieb li tespandi fuq livell ieħor, bdiet issaffar il-melodiji u tħarbex ftit lirika flimkien mal-kittieb Nick Lopez.
Wieħed mill-proġetti avvanzanti li damu jaħdmu fuqu għal numru ta’ żmien, jikkonċerna l-kanzunetta oriġinali “Round & Round” li qiegħda tiġi preżentata llum bħala l-pubblikazzjoni l-ġdida, l-ewwel tas-sena 2015. Din isservi ta’ tkomplija fuq “Ouch!”, produċuta minn Carlo Gerada, u miktuba minn Davinia flimkien ma Matt ‘Muxu’ Mercieca u “Brand New Day” fuq kompożizzjoni ta’ Elton Zarb u kliem tal-istess Matt ‘Muxu’ Mercieca.
Flimkien ma' aspetazzjonijiet ta’ sajf sħun, “Round & Round” hija ġabra ta’ erba’ ġeneri differenti - pop, rhythm & blues, funk u soul, li Davinia kellha l-opportunità li tinterpreta separatament iżda qatt flimkien. Bħala kantawtriċi, Davinia tgħid li din hija ‘kanzunetta li tagħti pjaċir li n-nies faċli ħa jsaffru u jiżfnu magħha’.
Għal aktar informazzjoni dwar Davinia, inħeġġukhom sabiex tagħtu ħarsa lejn il- paġni tagħha www.facebook.com/davinia.official jew www.twitter.com/daviniapace.