L-ISKOZJA:– Spettaklu naturali bi storja kbira

Esperjenzi personali tal-Bużu

Normalment nikteb dwar belt waħda, iżda din id-darba ddeċidejt li nikteb dwar l-Iskozja. Għax ma jista xjkun li żżur l-Iskozja u ma tmurx dawra sal-Highlands. Ma tistax tmur l-Iskozja u ma żżurx l-belt kapitali Edinburgh u l-akbar belt skoċċiża Glasgow fejn ix-shopping iħabbatha sew ma’ Londra (anzi nista niggaratilkom li hu aħjar anke bħala prezzijiet), Ma tistax tmur l-Iskozja u ma ddurx erba Lochs (kif inhuma msejħa l-lagi Skoċċiżi) jew xi belt bħal Stirling. Għax l-Iskozja hi mimlija storja mqanqla, storja ta’ ġellieda jew gwerriera li tqatlu għal din l-art u fl-istess waqt li l-aktar parti spettakolari tal-Gran Brittanja. Fejn hemm l-ogħla muntanji (li xorta huma l-iżgħar minn dawk ewropej fuq il-kontinent), għandha l-kampanja stil Ingliż li hi unika u lagi li jħalluk bla nifs. Dan barra li l-poplu Skoċċiż hu wieħed mill-aqwa popli simpatiku u li jilqgħek fl-ewropa.

 

L-iSkozja tokkupa it-terz tat-Tramuntana tal-Gran Brittanja. Fiha 790 gżira oħra, b’popolazzjoni ta’ 5 miljun persuna.

 

Royal Mile - Edinburgh
Royal Mile - Edinburgh

Edinburgh

Barra li hi Il-belt kapitali tal-ISkozja għandha karrateristiċi uniċi. Mixja matul Princes Street hi spettakolari meta fuq in-naħa tax-xellug hemm l-aqwa ħwienet tax-shopping, u meta tħares fuq il-lemin hemm ġnien li jifred Edinburgh moderna minn Edinburgh l-antika. Fejn fuq għolja hemm ir-Royal Mile, triq twila mil li fiha hemm diversi pubs, ristoranti, ħwienet u postijiet ta’ interess b’bini interessanti ferm. Tibda minn Holyrod castle fejn tmur il-familja Rjali meta tkun l-Iskozja u tintemm b’Edinburgh Castle li ma tistax ma żżurux, fejn barra l-istorja interessanti tal-kastell, hemm xena spettakolari ta’ Edinburgh minn hemm fuq. Jekk żżur Edinburgh f’Awwissu ħu ħsieb li tibbukkja għal Military Tattoo li jibqa memorabbli żgur. Ibbukkjaw minn qabel online iżda jekk tinzerta tkun hemm mingġajr mistenni qabel titla t-telgħa għal Royal Mile hemm l-uffiċċju li tista ssib xi biljetti li jkunu ntbagħtu lura u jirnexxilek tara dan l-ispettaklu li niggarantilkom li bħalu ftit taraw.

 

Glasgow bil-lejl
Glasgow bil-lejl

Glasgow

Din hi l-akbar belt fli Skozja. Belt mimlija ħwienet li fl-opinjoni tiegħi tiżboq lil Londra f’dak li hu shopping. Forsi ftit fiha monumenti x’wieħed jara iżda bla dubju li kollox idur ma’ George Square. Glasgow għandha l-aqwa night life fl’Iskozja fejn tista tkun xi ftit raffa wkoll minħabba x-xorb żejjed li jinxtorob. Glasgow hu irħas biex toqgħod fih speċjalment meta mqabbel ma’ Edinburgh li hi aktar għolja sew bħala akkomodazzjoni kif ukoll bħala ristoranti u shopping.

 

Popolari u uniċi fli Skozja

 

Il-Heather li hi fjura lilac li hi meqjusa bħala l-fjura nazzjonali tal-Iskozja li ssibha mal-muntanji u għoljiet Skoċċiżi.

 

Il-Haggis:- Il-platt tradizzjonali magħmul mill-qalb, pulmun u fwied tan-nagħġa.

 

Iż-żaqq (bagpipe):- Strument mużikali li kienet introdotta mir-Rumani. Il-bagpipes huma speċi ta’ żaqq mimlija bl-arja pressata bil-]oss mużikali joħroġ minn pajpijiet irqaq.

 

Il-whisky:- Bla dubju kull kelma li nikteb hi żejda għalkemm hemm distilleriji li fihom issibu whisky eċċellenti li ma jiġix esportat. Barra hekk l-aqwa whisky jżommuh għalihom. Nissuġerilkom li żżuru id-distilleriji ta’ Oban Whisky, Ben Nevis u l-Fampus Grouse fost oħrajn.

 

It-Tartan:-  It-tartan hu drapp tas-suf iċċangjat li aħna nsibuh bħala d-drapp ta’ l-iskoċċiżi. Dan id-drapp jintlibes prinċiparjament mill-Iscottish Highlanders u l-kuluri tiegħu huma skont il-clans ta’ dawn il-Highlanders.

 

 

Il-Highlands

Qabel is-seklu 19 il-Highlands kienu d-dar ta’ popolazzjoni ferm akbar iżda minħabba li l-istil ta’ ħajja tal-Highlands ġiet illegali wara l-qawmien tal-Jacobites bl-Ingliżi kaxkru lil Highlanders minn dawn l-għoljiet kien hemm migrazzjoni kbira għal postijiet urbani.

Bla dubju li jekk tmur l-Iskozja u ma tmurx dawra mal-Highlands qisek ma mort imkien. Biex tmur hemm tista jew tikri karrozza fejn it-toroq li jgħadduk mill-Highlands huma faċli ferm biex issuqhom, inkella tieħu xi eskursjoni mill-bliet jew anke tista tmur b’xi steam train li ttellgħek fuq l-ogħla muntanji fil-Highlands li hi l-Ben Nevis (għolja 1344 metru)li tasal għaliha minn Fort Williams.

 

Loch Lomond

 

Qabel titla l-Highlands triq tgħaddi minn Loch Lomond hi l-akbar Loch jew lag fil-Gran Brittanja. Hi twila 24 mil u 5 mili wiesa (kważi daqs Malta) l-aktar parti fonda hi 600 pied. Fuq dan il-lag hemm madwar 38 gżira biċċiet minnhom jgħixu n-nies fuqhom, tant li fuq waħda minnhom hemm ukoll lukanda...Inchmurrin. Loch Lomond hu wieħed mill-aktar lagi famużi u nkiteb ħafna dwarha, sew fil-kanzunetti kif ukoll fil-poeżiji. L-area hi rinomata għal ġmiel naturali u l-paċi filwaqt li wieħed jista’ jistħajjilha bħala kartolina ħajja kulfejn iħares. Hawn twieled Rob Roy fis-6 ta’ Marzu 1671 u kien iż-żgħir mill-ulied taċ-chief tal-Macgregors. Hu kien magħruf bħala r-Robin Hood ta’ l-Iskozja, eroj u fl-istess ħin kriminal.

 

Inveraray

 

Mad-dawra tal-Highlands tgħaddi minn Inverary belt ċkejkna fuq Loch Fyne fejn tmiss ma’ Loch Shira. Din ġiet mibnija fejn qabel kien hemm villaġġ tas-sajjieda fl-1700 mit-tielet duka ta’ Argyll. Hu kien witta l-villaġġ oriġinali biex jagħti aktar spazju lil kastell li kien għadu kif bena u llum hu wieħed mill-isbaħ fli  Skozja. Il-bini hu kollu abjad .

 

Oban

 

Oban hu riżort ħelu li minnu tista taqbad dgħajsa u tmur safejn hemm kommunita sħiħa ta’ sea lions (foki) fuq gżejjer ċkejkna mdawra bil-muntanji Morvern u Ardgour.

 

Kif tasal l-Iskozja

 

L-aħjar mod hu jew bl-Air Malta li għandhom flights diretti għal Glasgow, inkella bir-Ryan Air għal Edinburgh. U jekk tkun Londra tista jew taqabad tren inkella b’karrozza tal-kiri li iżda twila wisq.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

More in Divertiment