Tifla Maltija ta' 5 snin tirbaħ kompetizzjoni nazzjonali tal-immudellar fil-Ġappun
Intagħżlet fost 200,000 kontestanta u spiċċat ir-rebbieħa fil-kategorija tagħha fost 23,000
Chiara Busuttil minn Sapporo, Hokkaido l-Ġappun spiċċat magħżula bħala r-rebbieħa f'kompetizzjoni nazzjonali tal-Moda li saret Tokyo l-bieraħ għal 'Best Kids Collection' meta l-bieraħ intagħżlet bħala rebbieħa f'kompetizzjoni fejn fiha ntagħżlu r-rebbieħa tal-audition biex ir-rebbieħa jirbħu kuntratt għal sena biex jimmudellaw għal ħwejjeġ tat-tfal b'kuntratt għal sena.
Chiara Busuttil għandha ħames snin bint missier Malti, Damian Busuttil li miżżewweġ Ġappuniża, Satomi u ilu jgħix il-Ġappun 10 snin fejn hemmhekk jgħallem l-Ingliż u jieħu ħsieb ristorant Brażiljan.
Damian Busuttil qalilna li bintu anke jekk twieledet l-Ġappun għandha ċittadinanza Maltija u hu dejjem ifakkar lill-uliedu li huma Maltin u biex iħossuhom li ż-żewġ pajjiżi l-Ġappun u Malta huma pajjiżhom. Qalilna li hu jinsab kuntentissimu b'bintu iżda wkoll għax kien hemm eluf kbar ta' tfal imħalltin fir-razez u kienet dik imħallta mar-razza Maltija li rebħet.
Chiara meta kellha sentejn kienet intagħżlet ukoll biex tkun fuq il-qoxra ta' magazine 'Mother and Baby' f'Sapporo fejn joqogħdu. Damian qalilna li bintu b'hekk rebħet kuntratt ta' sena fejn jittiħdula ritratti bie xjitpoġġew f'magazines u reklami tal-ħwejjeġ ta' ditti kbar fil-Ġappun.