[FILMAT] Żagħżugħ mill-Marsa jkanta u jidderieġi...ommu tiġbidlu l-filmat

Jasmar Cassar ta’ 16-il sena joħroġ l-ewwel video mużikali tiegħu

Jasmar Cassar ta’ 16-il sena mill-Marsa ilu għaxar snin ikanta. Issa ddeċieda li joħroġ l-ewwel music video tiegħu wara li kiteb il-mużika tal-kanzunetta ‘Just Be’, iffilmja l-video hu, dderiġih hu u talab lill-ommu tiffilmjalu fejn jidher hu jkanta għax ma setax jiġbed lilu nnifsu.

Kellimna lil ommu Rose Cassar li bi kburija qaltilna li hi riedet tgħin lil binha jwettaq il-ħolma tiegħu. Qaltilna li ilha ssegwih kulfejn imur ikanta. Qaltilna li ilu minn meta kien ċkejken li jiġbed filmati tiegħu ikanta u fl-aħħar irnexxielu joħroġ music video uffiċjali.

 

Kitiblu l-lirika Matt Muxu Mercieca. Meta mitluba tgħidilna kemm swielu dan il-video qaltilna li normalment kieku kellu jqabbad dar tal-filming kien jiswih madwar €5,000, iżda lili ġieħ biss €300 għal kirja tal-post f’Montekristo. Qaltilna li sabet xi għajnuna minn Power House Ltd li tah il-fog machine b’xejn. It-tfajla li ħadet sehem miegħu hi Clarissa Cauchi.

More in Divertiment