Prince kellu l-AIDS
Il-marda ħakmitu sew f'dawn l-aħħar sitt xhur
Il-kantant Prince skont aħbar li ħarġet fl-Istati Uniti u pubblikata fuq il-portal tal-ANSA tgħid li Prince ħarġitlu l-marda tal-AIDS fl-aħħar sitt xhur u kien qed jipprepara għal mewt. Din l-aħbar ħarġet min-National Enquirer li saret taf b'din l-informazzjoni esklussiva mill-ambjent diskografiku li ma jridx isemma ismu u jrid jibqa anonimu. Prince kien ġie infettat bil-virus HIV fis-snin 80 iżda madwar 6 xhur ilu dan il-virus kien trasformat fil-marda tal-AIDS.
Fil-fatt skont dan il-font qalu li Prince dan l-aħħar kien fi stat ħażin ħafna. It-tobba qalu li d-demm tiegħu kien baxx ħafna u t-temperatura ta' ġismu bdiet nieżla b'mod perikoluż ħafna. Dan l-aħħar kien debboli u diżorjentat, ma kienx qed jiekol u kulma jiekol kien jirremettih.