![[IT-TIENI PARTI] Is-sensiela oriġinali Planet of the Apes](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/planet_of_apes_2.png)
Difett tal-fabbrika fil-karozza bagħtitu l-qabar qabel iż-żmien
Il-mewta traġika u banali tal-attur żagħżugħ Anton Yelchin, setgħet ġiet ikkawżata minn difett tal-fabbrika fil-Jeep tiegħu

Nhar il-Ħadd li għadda id-dinja tal-ispettaklu ġarrbet telfa kerha, hekk kif ħarġet l-aħbar li l-attur żagħżugh, Anton Yelchin ta' 27 sena, instab mejjet fid-dar tiegħu f'Los Angeles, f-inċident stramb. Yelchin instab mgħaffeg bejn ħajt u l-karozza tiegħu stess.
Yelchin, huwa l-aktar magħruf għall-karattru ta' 'Chekov', li huwa nterpreta fil-films il-ġodda ta' Star Trek f'dawn l-aħar snin. l-aħbar tal-mewt ta' Yelchin ħalliet dieqa kbira qalb bosta ċelebritajiet f'Hollywood.
Mid-dehra, il-mudell tal-Jeep bħalma kellhu Yelchin, kien ġie rrapportat li jbati minn problemi fis-sistema tat-twaqqif tiegħu. Filwaqt li l-fabbrika produttriċi, FIAT CHRYSLER, ma ġabritx lura l-mudelli b'mod uffiċjali, kienu ħarġu stqarrija ftit tax-xhur ilu biex javżaw lis-siedien jieħdu l-vetturi tagħħhom għal-spezzjoni.
Il-Pulizija għada għaddejja bl-investigazzjoni, biex jaċċertaw ruħhom dwar iċ-ċirkostanzi ta' kif il-vettura ta' Yelchin, imxiet lura weħidha wara li Yelchin ħareg minna, bir-riżultat tal-inċident li temm il-ħajja ta' dan l-attur tant promettenti.
