Reġa' wasal il-festival tal-Birra

Il-Festival tal-Birra ta’ Farsons jirritorna mill-Ġimgħa 22 sal-Ħadd 31 ta’ Lulju fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali.

Is-36 edizzjoni tal-Festival tal-Birra tiftaħ mill-Ġimgħa 22 ta' Lulju
Is-36 edizzjoni tal-Festival tal-Birra tiftaħ mill-Ġimgħa 22 ta' Lulju

Il-Festival tal-Birra ta’ Farsons jirritorna bis-36 edizzjoni tiegħu, mill-Ġimgħa 22 sal-Ħadd 31 ta’ Lulju fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali. Din is-sena il-festival se joffri għażla ġmielha ta’ mużiċisti, artisti u gruppi mużikali akkumpanjati bl-akbar firxa ta’ birer lokali u internazzjonali li qatt offra l-festival.

Dan l-aktar festival Malti popolari tas-sajf idum 10 ijiem u se jinkludi ’l fuq minn 50 marka ta’ birra, cider u varjanti oħra, 30 bar u gabbani tal-ikel, aktar minn 70 draught tal-birra, u numru rekord ta’ 60 wirja mużikali fuq 3 palkijiet.

Uħud mill-birer speċjali jinkludu Leffe u Hoegaarden mill-Belġju, il-birer hand crafted Baladin mill-Italja, Hobgoblin mill-birrerija Wychwood u Trooper, u l-birra tal-grupp mużikali leġġendarju tal-‘Heavy Metal’ Iron Maiden, magħmula mill-birrerija Robinson tal-Ingilterra. Se tkun offruta wkoll għażla ta’ birer speċjali mill-birrerija prestiġjuża ta’ St Austell ta’ Cornwall, l-Ingilterra.

Minbarra dawn il-birer speċjali, il-festival se joffri wkoll l-għażla tal-birer klassiċi ta’ Farsons u l-għażla tal-birer Cisk, rebbieħa ta’ diversi unuri, inkluża l-birra li tnediet dan l-aħħar, iċ-Cisk Pilsner. Din se tkun qiegħda fil-barijiet speċjali taċ-Cisk, fit-Taqsima tar-Rock.

Marki internazzjonali oħra tal-birra jinkludu l-Carlsberg, Budweiser, Corona Extra, Beck’s, Guinness, John Smith’s, Kilkenny Irish Cream, Newcastle Brown Ale kif ukoll numru ta’ ciders.

Il-bibien jiftħu kuljum fis-7.30pm. Id-dħul u l-parking huwa b’xejn.

Għal aktar tagħrif u aġġornamenti tistgħu tidħlu fis-sit www.farsonsbeerfestival.com jew issegwu minn fuq www.facebook.com/thefarsonsbeerfestival

More in Divertiment