![[IT-TIENI PARTI] Is-sensiela oriġinali Planet of the Apes](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/planet_of_apes_2.png)
Se jerġa jsir missier fl-età ta' 72 sena
Il-kantant popolari Mick Jagger se jerġa jsir missier fl-età ta' 72 sena

Mick Jagger se jerġa jsir missier fl-età ta' 72 sena
Il-kantant popolari tar-Rolling Stones, Mick Jagger, se jerġa jsir missier għat-tmien darba, fl-etá ta' 72 sena.
Jagger, ta' 72 sena, flimkien mas-sieħba tiegħu, il-ballerina ta' 29 sena Melanie Hamrick stqarru li hija tinsab tqila bit-tarbija ta' Jagger. Il-koppja ilhom flimkien sa mill-2014.
Jagger, diġà għandu sebat itfal oħra b'etajiet bejn is-17 u l-45 sena, minn żwiġijiet preċedenti. Fl-2014, huwa sar ukoll buznannu għall-ewwel darba, meta n-neputija tiegħu ta' 21 sena kellha l-ewwel bint tagħha.
Il-kantant tar-Rolling Stone, se jagħlaq 73 sena fis-26 ta' dan ix-xahar.
More in Divertiment