Festival tal-Ikel Ċiniż
Bħal-lum ġimgħa fil-Fgura
2Minds Events b’kollaborazzjoni mal-Kunsill tal-Fgura, ghal darb’ohra ser jergghu jtellghu ic-Chinese Food Festival. Dan ser ikun nhar is-Sibt, 24 ta’ Settembru fi Vjal Kottoner, il-Fgura mis-6pm ‘l quddiem.Din l-attivita ser tkun it-tieni edizzjoni. Bla dubju ta’ xejn, din is-sena ser ikun hemm kumdita’ shiha ghat-tisjir necessarju kollu. Filfatt it-triq ser tigi maghluqa biex b’hekk jintrama’ stage bil-partecipazzjoni ta’ hafna skejjel ta’ zfin. Naturalment ser ikun hemm diversi tipi ta’ ikel Ciniz. Ser ikun hemm ukoll stalls ta’ l-artigjanar Ciniz, fejn dak li jkun ikun jista jixtri dak il-hin stess. Barra minn hekk ser ikun hemm ukoll kids area, kif ukoll diversi stalls ohra mferrxa matul it-triq. Il-qofol ta’ din l-attivita huwa li ser toffri varjeta ta’ Chinese platters bi prezz konvenjenti ghal dan il-festival. Ghall-konvenjenza ta’ kulhadd, ser ikun hemm cash points bizzejjed biex b’hekk jigi assigurat li kulhadd ikun moqdi fl-iqsar hin possibli, u ahjar mis-sena l-ohra. L-entratura ghal din l-attivita ser ikun minghajr ebda hlas.
Aktar informazzjoni tinsab fuq il-pagna ta’ facebook https://m.facebook.com/story.php?story_fbid=528401437367099&id=378817698992141