Festivals Ċinematografiċi fl-Eden Cinemas
Festivals ta' films Ewropej u Internazzjonali fiċ-Ċinema Eden
Festival ta’ Films Ewropej
Dan il-festival għadu għaddej u jispiċċa fil-15 ta' Diċembru.
Films oħra li qed jintwerew, huma:
Billion Star Hotel: Produzzjoni mir-Rumanija dwar l-eżigenzi tal-ħajja ta' kuljum u kif jolqtu lil tlett irġiel. Kulħadd jista' jinterpreta dan il-film mil-lat ta' perspettiva tiegħu stess.
Tmien nisa ta' etajiet differenti jilmentaw fuq id-destin ta' sfortuna li laqathom - imħabba u separazzjoni, iżolament u anki biża' tal-mewt f’‘Women Collection’ mill-Polonja. Eku modern tat-traġedja ta' Euripides ‘The Trojan Women’ [1972].
Mill-Estonja nsibu d-dramm emozzjonanti ‘The Polar Boy’. Matthias, student li jixtieq jistudja l-arti fl-Akkademja ta' Berlin, mingħajr ma stenna, isir iħobb tfajla b'xagħar aħmar li tbati minn marda ta' burdati estremi, kawża tal-alkoħol u d-drogi. Minħabba fiha, Matthias jaġixxi b'mod stramb fi stat agħar minnha.
Bla dubju, tassew interessanti hu x-xoghol Żvediż ‘The Here After’. John, teenager b'passat ta' mistħija jġib konsegwenzi koroh fuq missieru, u ħuh. Tassew li d-dnub ma jorqodx, kif jgħidu. Ta’ min jarah!
Festival ta’ Films Internazzjonali
‘Near Myth - The Oskar Knight Story’. Dokumentarju fittizju u inċisiv dwar direttur ta' ħila li qatt ma rebaħ Oscar, għalkemm kien innominat bosta drabi.
Tajjeb ħafna għat-tfal hu ‘Ned Venture’, l-avventuri ta' kampjun tal-iskejzjar tal-park, meta hu u ħutu ta' diversi abbiltajiet isibu kemxa djamanti misruqin ġo maħżen abbandunat.
‘Tara, The Journey Of Hope And Passion’ hi produzzjoni mill-Indja dwar mara żingara li titkeċċa mid-dar mill-illitterarju żewġha fuq suspett ta' adulterju meta tkun fid-disa’, xahar ta' tqala. X'se jiġri fil-vjaġġ tagħha?