L-Oroskopju

Ara xi jgħidu l-istilel tiegħel għal ġimgħa tal-Milied

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

 

Għall-istilla Aquarius li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Sagittarius, ikun ifisser li int għandek tħejjija sabiex int tagħraf eżattament dak li huwa tajjeb għaż-żmien li ġej. Int għandek tagħraf li issa huwa l-mument sabiex tibni lilek. Importanti li tagħraf dan jkk int trid sena aħjar milli kellek.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Diċembru se timlik b’ħeġġa pożittiva hi minn Gemini.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 18, 24 u 31.

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali.

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Għall-istilla Pisces li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Sagittarius, ifisser li għandek tagħraf dawk li madwarek, verament huma persuni ġenwini li dejjem tawk dak l-appoġġ meħtieġ, l-aktar meta int għaddejt minn mumenti diffiċli. Issa huwa żmien li int tagħti xi ħaġa lura lil dawn.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Diċembru se timlik b’ħeġġa pożittiva hi minn Cancer.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 12, 23 u 35.

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April

Għall-istilla Aries li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Sagittarius huwa mument li tirrifletti eżattament minn dak li din is-sena għaddejt sabiex minn dak li esperjenzajt, tużah fix-xhur li ġejjin. B’hekk, int se tibni pediment aktar sod għal dak li int għandek ippjanat. Agħraf imxi b’moħħok.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar ta’ Diċembru se timlik b’ħeġġa pożittiva hi minn Leo.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 14, 22 u 38.

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu.

 

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Għall-istilla Taurus li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Sagittarius, huwa għarfien li aktar li int akkwistajt matul dawn l-aħħar xhur. Jekk int tħares lura, u tara dak kollu li int wettaqt, se tħoss ċertu sodisfazzjon u dan se jkun biżżejjed sabiex lilek jimlik b’aktar ħeġġa pożittiva għaż-żmien li ġej.

Kuluri favoriti ma’ taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Diċembru se timlik b’ħeġġa pożittiva hi minn Virgo.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 17, 24 u 35.

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Għall-istilla Gemini, li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Sagittarius huwa żmien profond ta’ fokazzjoni fuq it-tkabbir tal-karriera tiegħek. Fokazzjoni fuq il-proġetti li għandek imħejjija għas-sena li ġejja. Dan sabiex int minn dak li ġarrabt fil-karriera din is-sena, ma jerġax jirrepeti ruħu.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: blu, isfar u oranġjo.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar ta’ Diċembru se timlik b’ħeġġa pożittiva hi minn Libra.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 13, 27 u 33.

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Għall-istilla ta’ Cancer li bħalisas għaddejja miż-żodijaku ta’ Sagittarius huwa żmien ta’ pjanar f’dak li ilek tant taħseb għalih. Dan huwa perjodu għalik ta’ konċentrazzjoni għal dak l-ippjanar li int se tkun ta’ importanza massima s-sena li ġejja. Għandek pjanijiet tajbin. Wettaqhom.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Diċembru se timlik b’ħeġġa pożittiva hi minn Sagittarius.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 19, 25 u 39

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat 22 ta’ Awwissu

Għall-istilla ta’ Leo, li bħalissa tinsab għaddejja miż-żodijaku ta’ Sagittarius, huwa mument li tgħaqqad dak kollu li int ġbart mill-pariri li ħadt, sabiex tiġi għall-konklużjonijiet. Issa għamilt biżżejjed sabiex tisma’. Issa ieqaf ftit irrfletti fuq dak kollu li smajt u ddeċiedi sabiex tħejji għas-sena li ġejja b’trankwillità.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar ta’ Diċembru se timlik b’ħeġġa pożittiva hi minn Scorpio.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 17, 23 u 37.

Leo huma magħrufin kemm huma umli.

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Għall-istilla Virgo, li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Sagittarius, qed jagħtik iċ-ċans tagħraf id-differenzi li int esperjenzajt. Dan sabiex minn dawn l-esperjenzi li int tkun tista’ tqassam aħjar bejn il-karriera u ħin ta’ benefiċċju għalik. Li ssib spazju għalik, huwa pass li int trid issib dan jagħmel lilek iktar b’saħħtek.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar ta’ Diċembru se timlik b’ħeġġa pożittiva hi minn Capricorn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 16, 22 u 34.

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru

Għall-istilla Libra li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Sagittarius hemm il-possibbiltà li int tkattar iktar il-ħajja ta’ madwarek. Tista’ tkompli tikber fil-karriera tiegħek, tista’ tkattar l-imħabba tiegħek u jistgħu jinfetħu toroq ġodda għalik, dan jiġri jekk int temmen fik u tagħraf timxi f’bilanċ mal-madwar tiegħek.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Diċembru se timlik b’ħeġġa pożittiva hi minn Aquarius.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 15, 25 u 39.

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

 

Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru

Għall-istilla Scorpio, li bħalissa għaddejja miż-żodijaku ta’ Sagittarius huwa żmien ta’ kalma. Il-kalmizza ġewwa fik, dan huwa perjodu fejn ir-rabja li tinħoloq ġewwa fik, minħabba ostakli differenti ma tkunx kawża ta’ rabja żejda. Agħraf ikkontrolla r-rabja, u riżultat ta’ dan, sejrin jiġuk opportunitajiet sbieħ.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Diċembru se timlik b’ħeġġa pożittiva hi minn Pisces.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 19, 28 u 34.

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom.

 

Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru

Għall-istilla Sagittarius, li bħalissa tinsab f’dak imsejjaħ dar tagħha stess, għandek il-mument maġiku li tagħraf tirbaħ tiġbed u tkattar lejk dak kollu li int tagħraf trid. Int bħalissa għandek l-isbaħ żmien li tissaħħaħ f’kull parti tal-ħajja li int trid. Dan il-mument maġiku li tinsab fih, agħraf approfitta ruħek.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li fix-xahar ta’ Diċembru se timlik b’ħeġġa pożittiva hi minn Aries.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 12, 24 u 32.

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.

 

Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Għall-istilla ta’ Capricorn li bħalissa għaddej miż-żodijaku ta’ Sagittarius, huwa l-aħħar żmien għalik sabiex tagħraf l-aktar affarijiet importanti qabel ma tidħol fiż-żodijaku ta’ Capricorn ovvjament. Dan ikun iż-żmien maġiku tiegħek li int tibni l-madwar tiegħek. Agħraf ħejji lilek sew għal dan.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li fix-xahar ta’ Diċembru se timlik b’ħeġġa pożittiva hi minn Taurus.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 17, 28 u 35.

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom.

 

 

 

 

More in Divertiment