L-Oroskopju

Aqra xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

 

Hekk kif iż-żodijaku ta’ Aquarius se jaqa’ taħt l-istilla ta’ Capricorn, din sejra timlik b’enerġija li xi kultant se tagħmlek tgħaġġel ftit iktar mis-soltu. Tgħaġġel bil-mod li jekk int kont tgħarbel sew fuq dak li tkun, se tiddeċiedi, issa se tagħmel dan b’aktar ritmu mgħaġġel. Dan jista’ jħalli effett negattiv madwarek, għalhekk jekk int tħoss dan, agħraf sabiex iżżomm kontroll assolut fuq dak li int tagħmel f’dan il-perjodu.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li għaż-żmien tal-Milied se tkun ta’ fejda għalik ġejja minn Libra.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 12, 27 u 34.

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali.

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Hekk kif iż-żodijaku ta’ Pisces se jaqa’ taħt l-istilla ta’ Capricorn, din se tagħtik direzzjoni aktar qaeeija ta’ fejn int trid taqbad. Se tgħinek iktar tkun ċara dwar dak li verament jgħodd għalik. Minn dak li sa ftit ta’ żmien ilu kont tara li ma jistax jintlaħaq taħt ebda ċirkustanza, dan ifisser li dak li int kont taħseb jew tibża’ li tagħmel, issa m’għandekx għala. Dan hu perjodu li dak li trid, jintlaħaq.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li għaż-żmien tal-Milied se tkun ta’ fejda għalik ġejja minn Scorpio.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 16, 25 u 32.

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April

Hekk kif iż-żodijaku ta’ Aries se jaqa’ taħt l-istilla ta’ Capricorn, se jikkawżalek xi ftit ta’ problemi ma’ dawk il-ħbieb li int ikollok ċertu kumpanija li mhix tant personali. Hawnhekk, jaf ikun żmien ta’ tfixkil fejn jista’ jinħoloq dak in-nuqqas, però dan se jservi għalik sabiex int tagħraf aktar min minn dawn il-ħbieb huma vijabbli għalik jew le, għalkemm mhumiex ħbieb daqstant, xorta ħa tagħmel valutazzjoni.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li għaż-żmien tal-Milied se tkun ta’ fejda għalik ġejja minn Sagittarius.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 12, 23 u 35.

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu.

 

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Hekk kif iż-żodijaku ta’ Taurus se jaqa’ taħt l-istilla ta’ Capricorn, se jinfetaħlek perjodu ta’ iktar stabbiltà madwarek. Dan meta bħalissa int tħossok inċerta f’ċertu sitwazzjonijiet, issa dan se jispiċċa imma mhux għal kollox, imma tal-inqas li perjodu li int se tkun f’iktar stabbiltà ikun biżżejjed għalik biex għaż-żmien, ċertu sitwazzjonijiet tista’ tidħol għalihom b’aktar kuraġġ u aktar ħeġġa mis-soltu.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li għaż-żmien tal-Milied se tkun ta’ fejda għalik ġejja minn Capricorn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 11, 28 u 36.

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Hekk kif iż-żodijaku ta’ Gemini se jaqa’ taħt l-istilla ta’ Capricorn, se tħossok aktar minn qatt qabel motivat, u dan se jikkawża li fejn kont qed taqa’ xi ftit lura minn dawk il-proġetti li int għandek ippjanati, ossa se jieħdu ftit ta’ rankatura. Rankatura meħtieġa sabiex terġa’ tpoġġik lura fil-ħin li tlift. Kawża ta’ dewmien li nħoloq fik innifsek, issa agħraf li din ir-rankatura żżommha u ma taqax terġa’ lura.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: blu, isfar u oranġjo.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li għaż-żmien tal-Milied se tkun ta’ fejda għalik ġejja minn Aquarius.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 19, 25 u 38.

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Hekk kif iż-żodijaku ta’ Cancer se jaqa’ taħt l-istilla ta’ Capricorn, int trid tagħraf it-tibdiliet li sejrin jibdew iseħħu madwarek. Ovvjament, ċertu tibdiliet kont qed tħejji għalihom int, imma oħrajn li sejrin jinqalgħu, trid tkun imħejji għalihom, u dan il-mument taħt iż-żodijaku ta’ Capricorn, int se ssib il-forza sabiex ma taqtax qalbek, anzi se tkun aktar int, u dan se joffrilek sabiex int tagħraf l-opportunitajiet li ġejjin.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li għaż-żmien tal-Milied se tkun ta’ fejda għalik ġejja minn Pisces.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 14, 27 u 34

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat 22 ta’ Awwissu

Hekk kif iż-żodijaku ta’ Leo se jaqa’ taħt l-istilla ta’ Capricorn, se jkun ifisser li l-forza li keinet iddgħajfet xi ftit minn ġewwa fik, issa se terġa’ tibda tikber, u hekk, grazzi għal dan it-tisħiħ fil-forza tiegħek, int tista’ tagħraf aktar l-abbiltà li int magħruf għaliha. Hekk, tinduna li int kont biss għaddej minn fażi u xejn iktar. Issa li int ħa terġa’ tħoss din il-forza ġo fik, tibżax tieħu deċiżjonijiet li kont qed tibża’ tieħu.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li għaż-żmien tal-Milied se tkun ta’ fejda għalik ġejja minn Aries.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 15, 22 u 36.

Leo huma magħrufin kemm huma umli.

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Hekk kif iż-żodijaku ta’ Virgo se jaqa’ taħt l-istilla ta’ Capricorn, din se ġġiblek tibdil f’dak il-ħsieb li int ilek terfa’ sabiex tagħraf tbiddlu u tattwah. Din il-fażi fejn int trid tressaq dak li tant ilek taħseb dwaru lejn il-prattika, issa huwa dak il-mument li int għandek tagħmel dan u b’hekk takkwista dak is-sodisfazzjon li tant jixraqlek. Però, ma tridx iżżomm lura, għalkemm fik se tħoss dik il-ħeġġa pożittiva.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li għaż-żmien tal-Milied se tkun ta’ fejda għalik ġejja minn Taurus.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 12, 26 u 35.

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru

Hekk kif iż-żodijaku ta’ Libra se jaqa’ taħt l-istilla ta’ Capricorn, int se tħossok li trid tgħaġġel ftit iktar mis-soltu fil-ħajja ta’ madwarek, għalkemm dan mhuwa xejn ħażin, imma trid tagħraf ukoll li din l-għaġġla tkun waħda taħt kontroll li mhux se taħrablek, għax imbagħad jaf kollox ikun l-oppost ta’ dak li hemm imħejji għalik. Int se tagħraf li fejn soltu ddum xi ftit taħsibha, issa dan se jkun iktar fuq pass mexxej.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li għaż-żmien tal-Milied se tkun ta’ fejda għalik ġejja minn Gemini.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 15, 26 u 38.

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

 

Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru

Hekk kif iż-żodijaku ta’ Scorpio se jaqa’ taħt l-istill ta’ Capricorn, din sejra tikkawża ċertu kalmizza madwarek. Kalmizza li fil-mument tkun tajba ħafna għalik sabiex int tirbaħ lura ċertu sitwazzjonijiet li setgħu kienu qegħdin jidhru jew iebsin, jew inkella fihom problema sabiex ikunu jistgħu jiġu solvuti. Għalhekk, tinkwetax, hekk kif int se tibda tħossok iktar kalm, iżda aħtaf din l-opportunità.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li għaż-żmien tal-Milied se tkun ta’ fejda għalik ġejja minn Cancer.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 16, 23 u 39.

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom.

 

Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru

Hekk kif iż-żodijaku ta’ Sagittarius se jaqa’ taħt l-istilla ta’ Capricorn, int se tkun tagħraf kemm l-ambizzjoni fl-imħabba hi differenti, kemm int f’relazzjoni u kemm jekk m’intix. L-effett tal-imħaba se tħossu jikber ġewwa fik ftit iktar mis-soltu u dan se jikkawża li l-imġiba tiegħek f’dan ir-rigward, se tagħmlek taġixxi ferm differenti. Dan huwa dak il-mument fejn int tista’ tirbaħ iktar imħabba lejk.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li għaż-żmien tal-Milied se tkun ta’ fejda għalik ġejja minn Leo.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 1, 18, 28 u 36.

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.

 

Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Hekk kif iż-żodijaku ta’ Capricorn se jkun fid-dar tiegħu, dan se jagħtik u jipprovdilek motivazzjoni iktar milli int taħseb. Motivazzjoni qawwija li dak kollu li int bħal qisu kien staġnat, issa jinfetaħ. Dan huwa l-aktar żmien importanti għalik, li int taqa’ taħt din l-istilla partikolari, għax issa għandek dak kollu li int tixtieq li jseħħ, ovvjament li jagħraf ikun ta’ direzzjoni f’dak li ġej għalik.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li għaż-żmien tal-Milied se tkun ta’ fejda għalik ġejja minn Virgo.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 12, 25 u 31.

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom.

More in Divertiment