L-Oroskopju
Aqra xi jgħidu l-istilel għal din il-ġimgħa
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Minħabba li bħalissa, Aquarius hija taħt iż-żodijaku ta’ Capricorn, din il-pożizzjoni mhix qed tkun waħda komda sabiex int bħala Aquarius timxi b’dik ir-rankatura li int suppost miexi biha fil-ħajja ta’ madwarek. Madankollu, żomm lilek iffukat ftit iktar mis-soltu sabiex minħabba din il-pożizzjoni, ma tikkommettix ċertu żbalji li forsi jistgħu jkunu ta’ konsegwenza. Għalhekk, agħraf iktar!
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
L-istilla li dan ix-xahar hi ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Libra.
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali.
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Minħabba li bħalissa Pisces hija taħt iż-żodijaku ta’ Capricorn, din jaf ikollha effett fuqek li tħossok xi ftit nervuż iktar mis-soltu. Issa minħabba f’hekk, int trid tagħraf aktar tikkontrolla kemm aktar lilek u aktar is-sitwazzjoni li jistgħu jiżviluppaw madwarek, u kaġun tagħhom int titlef ftit il-kontroll. Sfortunatament, ġej żmien ftit iebes għalik, imma agħraf ikkonfrontah kemm tista’ pożittivament.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li dan ix-xahar hi ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Scorpio.
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.
Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April
Minħabba li bħalissa, Aries hija taħt iż-żodijaku ta’ Capricorn, dan se jkollu effett ovvjament li tkun iktar iebsa, u forsi jaf jagħmlek xi ftit iktar nervuż mis-soltu. Għalhekk, issa li int taf dan kollu, suppost għandek tagħraf tikkontrolla aktar kemm lilek innifsek, u kemm lil ta’ madwarek sabiex tieħu dak li jinqala’ madwarek b’aktar kalma u trankwillità. Huwa importanti li int tkun kawt.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
L-istilla li dan ix-xahar hi ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Sagittarius.
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu.
Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Minħabba li bħalissa Taurus hija taħt iż-żodijaku ta’ Capricorn, din se tagħmlek ftit iktar bla paċenzja u tibda tħossok li trid l-affarijiet ta’ madwarek ikunu fuq pass iktar mgħaġġel. Issa dan jaf ikun tajjeb sabiex int timxi iktar b’saħħtek f’dak li ġej però trid tagħraf tikkontrolla biss il-paċenzja għax xi kultant fil-ħajja int ma tkun fil-kontroll ta’ dak kollu ta’ madwarek, u għalhekk, kun konxju!
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
L-istilla li dan ix-xahar hi ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Capricorn.
Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Minħabba li bħalissa Gemini hija taħt iż-żodijaku ta’ Capricorn, din se tagħmlek ftit iktar agressiv fl-ambizzjonjiet, kemm tiegħek personali u kemm ta’ madwarek. Dan jaf ikun ta’ sfida għalik minħabba dak li ġej. Taf tkun aktar aggressiv li turi aktar abbiltà qawwija f’dak li int trid tesprimi u twassal imma taf tkun agressiv ukoll kif il-mod li ġġib ruħek, għalhekk sib iktar ħin għalik sabiex tirrifletti.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: blu, isfar u oranġjo.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li dan ix-xahar hi ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Aquarius.
Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Minħabba li bħalissa Cancer hija taħt iż-żodijaku ta’ Capricorn, din se tagħmlek tagħraf aktar il-kontroll aktar tiegħek innifsek. Fejn jekk int is-soltu tkun ikkontrollat minn ċertu aspetti tal-ħajja tiegħek, dan issa sejjer isib oppożizzjoni u dan jekk int għandek relazzjoni ta’ mħabba, trid tagħraf aktar kif taġixxi għax ovvjament, dan se juri ħafna differenza fik. Agħraf li timxi bil-moħħ u mhux bil-qalb.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
L-istilla li dan ix-xahar hi ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Pisces.
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat 22 ta’ Awwissu
Minħabba li bħalissa, Leo huwa taħt iż-żodijaku ta’ Capricorn, din se tqawwilek iżjed l-abbiltà li tagħraf il-kontroll tal-ħajja, kemm tiegħek personali u anke tal-madwar tiegħek. Dan huwa perjodu li jista’ jkun li int terġa’ tirbaħ forsi dak li int tlift jew ħadulek mill-karattru li int tant magħruf għalih. Għalhekk, aħtaf dan il-perjodu sabiex int terġa’ tikber fil-kunfidenza tiegħek innifsek.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li dan ix-xahar hi ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Aries.
Leo huma magħrufin kemm huma nies umli.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Minħabba li bħalissa Virgo hija taħt iż-żodijaku ta’ Capricorn, il-ħajja ta’ madwarek sejra tkun ftit iktar mexxejja mis-soltu, fejn jekk is-soltu tiegħek kien ikun li jekk għandek tagħmel xi forma ta’ pass, dan iddum biex tagħmlu, issa f’dan il-perjodu taħt l-istilla ta’ Capricorn, int se tħaffef dan il-proċess u dan ifisser li għandek issa tagħraf tiżen aktar dak li int se tkun se tagħmel, ħalli ma tagħmilx deċiżjonijiet ħżiena speċjalment f’dawn it-tliet ġimgħat li ġejjin. Iżen sew dak li tkun se tagħmel.
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
L-istilla li dan ix-xahar hi ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Taurus.
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru
Minħabba li bħalissa, Libra hija taħt iż-żodijaku ta’ Capricorn, il-ħajja ta’ madwarek sejra jkollha dak l-iżbilanċ li ma tantx huwa tajjeb f’dan il-perjodu ta’ żmien. Għalkemm għalik, dan l-iżbilanċ, int m’intix bħal qisek se tinduna, għax ovvjament se tkun iffukat fuq il-linja ta’ xogħol jew tal-karriera tieħek, u dan għalik, int tħoss li m’hemm xejn ħażin imma ta’ madwarek sejrin iħossu n-nuqqas ta’ attenzjoni li suppost għandek tagħti. Għalhekk, jekk tista’, agħraf kun għaqli kif se tqassam il-ħin tiegħek aħjar.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li dan ix-xahar hi ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Gemini.
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.
Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru
Minħabba li bħalissa, Scorpio hija taħt iż-żodijaku ta’ Capricorn, il-ħajja ta’ madwarek sejra tinħass xi ftit inċerta. Dan minħabba kemm li int sejra tkun taħt Capricorn u dan għalik, bħalissa jagħmlek ħafna inċerta u anke peress li bħal Scorpio, f’dan il-perjodu tas-sena, hemm inċertezza kbira dwar it-tkomplija ta’ dak li kien imfassal li se jitwettaq. Però, int żomm lilek kawt u prova bil-mod, xorta wettaq dak li int tixtieq. Ikkumbatti ma’ dan il-perjodu li żgur li kapaċi tagħmel dan.
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
L-istilla li dan ix-xahar hi ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Cancer.
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom.
Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru
Minħabba li bħalissa, Sagittarius hija taħt iż-żodijaku ta’ Capricorn, ir-relazzjoni tiegħek fl-imħabba, se titħabbel xi ftit u dan jaf jekk ma tikkontrollax, ikun hemm problemi. Dan aktar meta minħabba li qiegħda taħt l-istilla ta’ Capricorn, taf tersaq lejk tentazzjoni li taf tkun ikkontrollata, u din ovvjament se toħloq problemi kemm lilek, u aktar fil-madwar tiegħek. Għalhekk, agħraf li jekk int qiegħed f’sitwazzjoni stabbilita, tħallix xi manuvra tħarbatlek dak li tant batejt biex bnejt. Żomm għajnejk miftuħa.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-istilla li għaż-żmien tal-Milied se tkun ta’ fejda għalik ġejja minn Leo.
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.
Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Minħabba li bħalissa Capricorn, jinsabu f’dak li fiż-żodijaku jissejjaħħ posthom, dan ikun ifisser li dan huwa l-mument opportun li tagħraf taħtaf dan il-perjodu fantastiku sabiex tkabbar il-madwar kollu tiegħek f’dak li int tixtieq. Dan jista’ jitwettaq għax l-enerġija pożittiva li bħalissa int għandek madwarek tagħmlek possibbli li tirċievi dak kollu li jista’ jagħmlek aħjar, ovvjament ma tridx tmur fl-estrem, imma dak li huwa vijabbli għalik, ikun għandek. Għalhekk, agħraf sew dan il-perjodu.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
L-istilla li dan ix-xahar hi ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Virgo.
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom.