L-Oroskopju

Ara xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Minħabba li bħalissa int tinsab taħt il-fażi taż-żodijaku ta’ Aquarius, din qiegħda tgħinek sabiex int bħalissa tagħraf iktar lilek innifsek imma l-aktar sabiex ċertu nuqqasijiet li int sofrejt dan l-aħħar, kemm jekk fl-imħabba u kemm jekk fil-karriera, dan huwa ż-żmien opportun li int tista’ tirkupra sew dan it-telf. Toqgħodx tibki dak li għadda, imma qawwi iktar lilek sabiex issa tissaħħaħ għal li ġej.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li fil-mument int għandek tafda hi Gemini

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Minħabba li bħalissa int tinsab taħt il-fażi taż-żodijaku ta’ Aquarius, din se taffetwak  bħalissa għall-mod kif tagħrad taħseb b’aktar fil-galbu, u dan se jkun importanti sabiex dak li int trid twettaq, ikun imwettaq b’aktar għaqal u b’aktar ħsieb. Di il-fażi se togħġbok, però din se tkun madwarek għal perjodu biss. għalhekk, aħtaf dan il-perjodu u tgħallem minnu sabiex tkun aħjar.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li fil-mument int għandek tafda hi Cancer

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April

Minħabba li bħalissa int tinsab taħt il-fażi taż-żodijaku ta’ Aquarius, dan jista’ jwasslek għal ftit ta’ eċitament iktar mis-soltu. Għalkemm dan mhux is-soltu li int tħoss dan l-eċitament madwarek, dan għandu jservik sabiex tagħraf li int issa qed ikollok tibdil ġewwa fik, li forsi mhux normali. Għal dan, tinkwetax, imma huwa perjodu sabiex int tagħraf kif taġixxi f’dan it-tibdil.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li fil-mument int għandek tafda hi Leo

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Minħabba li bħalissa int tinsab taħt il-fażi taż-żodijaku ta’ Aquarius, dan issa huwa perjodu ta’ riflessjoni. Għalkemm mhux fil-karattru tiegħek li toqgħod tirrifletti, imma jrid ikun hemm perjodu għal kollox. Jekk se tirrifletti, dan se jkun ta’ benefiċċju sew għax minn din ir-riflessjoni se tagħraf ċertu mumenti negattivi li żgur ma tkunx trid terġa’ tesperjenzahom. Għalhekk, irrifletti sew.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li fil-mument int għandek tafda hi Virgo

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Minħabba li bħalissa int tinsab taħt il-fażi taż-żodijaku ta’ Aquarius, se tgħaddi minn fażi ta’ taqliba, li għalkemm ma kontx ippreparat għaliha, bħal kull sitwazzjoni li int bħala Gemini ssib ruħek fiha, din tgħelibha bl-aktar mod trankwill, anzi grazzi għall-din l-esperjenza negattiva, int se tagħraf aktar il-potenzjal ta’ madwarek, u ċertu inċertezzi li int kont qed tibża’, issa grazzi għal dan, se tgħelibhom.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li fil-mument int għandek tafda hi Libra

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Minħabba li bħalissa int tinsab taħt il-fażi taż-żodijaku ta’ Aquarius, se tħossok xi ftit imħeddla aktar mis-soltu, anke taf tħossok għajjien aktar mis-soltu. Dan minħabba li din il-fażi qiegħda toħloq madwarek ċertu ansjetà li ma kontx bħal preparata għaliha, allura qed tħossok li m’għandekx forza biżżejjed. Agħraf li dan huwa perjodu u int trid tibqa’ għaddej. Titkaxkarx mal-mument.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li fil-mument int għandek tafda hi Sagittarius

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Minħabba li bħalissa int tinsab taħt il-fażi taż-żodijaku ta’ Aquarius, din se żżidlek il-potenzjal tal-enerġija li tkun magħruf l-aktar għaliha fix-xhur sajfin. Imma taħt żodijaku ta’ Aquarius, int se tħossok b’enerġija iktar qawwija f’dan iż-żmien tas-sena, u dan jawgura tajjeb għalik sabiex int tkun tista’ tagħmel ċertu ħidma li waqajt xi ftit lura u hekk tirkupra ż-żmien li tlift. Agħraf!

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li fil-mument int għandek tafda hi Scorpio

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Minħabba li bħalissa int tinsab taħt il-fażi taż-żodijaku ta’ Aquarius, din il-fażi se tiftaħlek toroq aktar pożittivi fl-imħabba, fejn sa xi ftit żmien ilu, int kont qef issib diversi intoppi. Issa dawn se jibdew jinħallu u ħa tara li dak li int tixtieq fl-imħabba, se jibda jersaq lejk iktar mis-soltu, imma trid iżżomm f’moħħok li fin hi biss fażi. Għalhekk għaraf dan sabiex int tibqa’ stabbli.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li fil-mument int għandek tafda hi Capricorn

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru

Minħabba li bħalissa int tinsab taħt il-fażi taż-żodijaku ta’ Aquarius, din il-fażi ovvjament se tagħtik dik is-saħħa pożittiva fil-karriera ta’ madwarek. Intoppi li setgħu nqalgħu dan l-aħħar u forsi ġabu ftit tensjoni madwarek, issa dan jibda jgħaddi u int se tara li dak li beda jinħass diffiċli waqt xi ftehim ta’ xi kuntratt, issa dan mhu se jkun iktar. U hekk, int se tieħu dik ir-rankatura li tixtieq.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li fil-mument int għandek tafda hi Aquarius

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

 

Scorpio mit-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru

Minħabba li bħalissa int tinsab taħt il-fażi taż-żodijaku ta’ Aquarius, din se tagħtik nifs ġdid fit-taqbid li għaddej minnu bħalissa. Din il-fażi se toffrilek toroq ġodda kif int għandek tgħeleb it-taqbid li hemm madwarek. Dan ukoll se joffri xi ftit tas-sagrifiċċji min-naħa tiegħek, imma meta int b’dak kollu li tkun qed tagħmel, qiegħed tikseb riżultati aħjar. Dan se jagħtik kuraġġ għal quddiem.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li fil-mument int għandek tafda hi Pisces

Scorpion huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mit-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru

Minħabba li bħalissa int tinsab taħt il-fażi taż-żodijaku ta’ Aquarius, din se twassal għal ftit ta’ mumenti ta’ riflessjoni dwar l-imħabba, kemm dik li hemm fil-mument, u anka jista’ jkun hemm xi riflessjonijeit dwar l-imħabba li kellek fil-passat, imma r-raġuni għal dan se tkun waħda biss, sabiex int ma tirrepetix l-istess żball li fil-passat, sfortunatament int sofrejt. Agħraf.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li fil-mument int għandek tafda hi Aries

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Minħabba li bħalissa int tinsab taħt il-fażi taż-żodijaku ta’ Aquarius, din se toffrilek aktar spazju għalik sabiex int tkun tista’ ssib ħin ta’ rilass. Bħalissa, int għandek bżonn spazju ta’ ħin biex tirrilassa, tmur xi mixja, tibda l-gym. Dak li taħseb li huwa tajjeb għalik sabiex int tirrealizza, wettqu. Dan il-mument għas-saħħa tiegħek, ikun ferm tajjeb sabiex isib dan il-mezz għalik.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li fil-mument int għandek tafda hi Taurus

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment