L-Oroskopju
Ara xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Issa li ż-żodijaku għadda mill-fażi ta’ dik l-imsejħa ‘New Moon’, l-effett tagħha fuq Aquarius se jkun ta’ iktar responsabbiltà fil-madwar tiegħek. Kemm f’dak li għandu x’jaqsam mal-karriera tiegħek, wisq iktar jekk int għandek relazzjoni. Din ir-responsabbiltà trid tkun li tagħraf il-valur ta’ dawn is-sitwazzjonijiet li huma vijabbli fil-ħajja tiegħek. Huma dawn li lilek jagħtuk is-saħħa sabiex tkompli tavvanza fil-ħajja. Għalhekk, huwa mument li tagħraf dan kollu b’iktar responsabbiltà.
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li fil-mument tagħtik appoġġ morali hi Libra
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Issa li ż-żodijaku għadda mill-faċi ta’ dik l-imsejħa ‘New Moon’, l-effett tagħha fuq Pisces se jkun ta’ iktar għarfien tal-potenzjal li int għandek, u dan sabiex issarrfu aktar fit-tkabbir, f’opportunitajiet li resqin lejk. Għalkemm int taħseb li l-pożizzjoni tiegħek hi waħda stabbilita, però, dan ma jfissirx li għandha tibqa’ dik li hi. Huwa għalhekk li l-opportunitajiet se jibqgħu jersqu lejk sabiex il-potenzjal li int għandek tkompli tkabbru, twessgħu u tibqa’ tkun iktar motivat fil-ħajja tiegħek.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li fil-mument tagħtik appoġġ morali hi Scorpio
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom
Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April
Issa li ż-żodijaku għadda mill-fażi ta’ dik l-imsejħa ‘New Moon’, l-effett tagħha fuq Aries se jkun ta’ iktar kalma minn dak il-ġenn ta’ paniku li dan l-aħħar kien qiegħed ikollok. Issa se tħossok iktar kalm, kemm int bħala persuna u kemm f’dak li int tagħmel, u dan se jservik sabiex minn issa sakemm tgħaddi din il-fażi, tagħraf aktar il-valur kollu ta’ dak li se jkun għaddej madwarek. Aħtaf din l-opportunità unika għax din taf isservik sabiex il-ħajja tiegħek tkun iktar stabbli.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li fil-mument tagħtik appoġġ morali hi Sagittarius
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu
Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Issa li ż-żodijaku għadda mill-fażi ta’ dik l-imsejħa ‘New Moon’, l-effett tagħha fuq Taurus se jkun wieħed ta’ ftit iktar trankwillità li din tista’ ssarrafa biex ikun hemm iktar spazju ta’ ħin madwarek. Issa se ssib li f’daqqa waħda, għandek ħin sabiex tmur xi passiġġata, jew tibda tmur sal-gym, jew xi forma ta’ rilassament li int tħobb tagħmel. Agħraf dan il-mument għax b’dan il-mod, il-ġisem tiegħek se jkun jista’ jaħdem iktar aħjar u dan se jkun jirrifletti s-saħħa tiegħek.
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li fil-mument tagħtik appoġġ morali hi Capricorn
Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Issa li ż-żodijaku għadda mill-fażi ta’ dik l-imsejħa ‘New Moon’, l-effett tagħha fuq Gemini se jkun wieħed ta’ sfida għal dak li ġej. Sfida għal proġetti li hemm imfassla għalik. Sfida fl-imħabba, kollox ma’ kollox dak li int se tiffaċja fil-ħajja tiegħek, se jkun taħt forma ta’ sfida personali, li akkost ta’ kollox, int tasal fejn finalment tixtieq tasal. Għalkemm jaf ikun hemm diversi mumenti iebsin, finalment dak li int trid twettaq, se twettqu u għalhekk dan huwa mument ta’ sfida.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li fil-mument tagħtik appoġġ morali hi Aquarius
Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Issa li ż-żodijaku għadda mill-fażi ta’ dik l-imsejħa ‘New Moon’, l-effett tagħha fuq Cancer, se jkun wieħed ta’ tqassim ta’ pjan għal dak li ġej madwarek. Dan sabiex dak li riesaq lejk, ikun imqassam b’mod li jkun effettiv, u mingħajr ma jkun hemm xi forma ta’ problemi minħabba dak li jista’ joħroġ. Għalhekk, huwa ferm importanti li int tqassam sew dak li ġej. L-effett ta’ dan it-tqassim, ikun ifisser li int tkattar iktar l-abbiltà tiegħek innifsek u tagħraf aktar kif tmexxi aħjar.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li fil-mument tagħtik appoġġ morali hi Pisces
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Issa li ż-żodijaku għadda mill-fażi ta’ dik l-imsejħa ‘New Moon’, l-effett tagħha fuq Leo se jkun wieħed ta’ iktar ħeġġa li dan l-aħħar kien hemm xi ftit ta’ nuqqas. Għalhekk, li issa din il-fażi reġa’ ġejja madwarek, il-ħeġġa li int se tħoss f’dak kollu tal-madwar, agħraf kemm tista’ tieħu gwadann. Dan ikun ta’ importanza speċjalment wara l-pawsa li kont għaddej minnha. Trid iżżomm f’moħħok li din il-fażi. Għalhekk, agħraf sew dan il-mument.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li fil-mument tagħtik appoġġ morali hi Aries
Leo huma magħrufin kemm huma nies umli
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Issa li ż-żodijaku għadda mill-fażi ta’ dik l-imsejħa ‘New Moon’, l-effett tagħha fuq Virgo, se jkun ta’ iktar ħsibijiet dwar dak kollu li jista’ jibda jinbidel jew jitranġa fil-ħajja personali ta’ Virgo. Dan huwa mument ta’ fażi fejn Virgo se jgħaddi minn ħafna ħsibijiet ta’ kif jista’ jkun hemm ċerta bidla kemm kif jista’ jitwettaq aħjar il-ħajja fil-karriera, imma l-aktar ħsieb li se jdur madwar Virgo, se jkun fir-relazzjonijiet tal-imħabba fejn jistħgu jitranġaw ħafna. Għalhekk, aħtaf din il-fażi.
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li fil-mument tagħtik appoġġ morali hi Taurus
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru
Issa li ż-żodijaku għadda mill-fażi ta’ dik imsejħa ‘New Moon’, l-effett tagħha fuq Libra se jkun wieħed ta’ tibdil. Tibdil fil-mod kif kont qed taħseb dwar ċertu sitwazzjonijiet personali. Tibdil dwar kif se tibda tippjana għall-aħjar dwar il-ħidma jew karriera u anka jad ikun hemm xi ftit tibdil ukoll dwar id-dieta li int tiekol. Dan kollu, int se tibda tħossu f’din il-fażi. Għall-ewwel se tkun xi ftit xettiku dwar dan it-tibdil, imma wara li se tara l-effett, tagħraf aktar kemm wasal iż-żmien addattat.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li fil-mument tagħtik appoġġ morali hi Gemini
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna
Scorpio mit-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru
Issa li ż-żodijaku għadda mill-fażi ta’ dik l-imsejħa ‘New Moon’, l-effett tagħha fuq Scorpio se jkun wieħed ta’ konċentrazzjoni dwar dak li huwa vera utli fil-ħajja ta’ madwarek. Dan jaf jikkawża li tagħmel ċertu tibdil, anke dwar il-mod kif int iġġib ruħek, kemm mal-kollegi, kemm mal-ħbieb u kemm fir-relazzjoni ta’ mħabba, imma agħraf li tkun modest għall-mod ta’ dan it-tibdil, li tadatta lilek għall-aħjar, huwa sinjal pożittiv, imma agħraf tadatta b’ċerta direzzjoni
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li fil-mument tagħtik appoġġ morali hi Cancer
Scorpion huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom
Sagittarius mill-23 ta’ Novembru sal-22 ta’ Diċembru
Issa li ż-żodijaku għadda mill-fażi ta’ dik l-imsejħa ‘New Moon’, l-effett tagħha fuq Sagittarius se jkun xi ftit ta’ inċertezza dwar dak li int qiegħed l-aktar inċert fil-ħajja ta’ madwarek. Għalhekk, int trid tagħraf mill-iktar fis, tkun iktar stabbli f’kull parti tal-ħajja ta’ madwarek għax inkella, din il-fażi se toħloq aktar inċertezza, u dan jaf ikun ta’ diffikultà għaż-żmien li ġej. Tħallix il-mewġ ikaxkrek, anzi kun iktar sod u preparat sabiex l-effett ta’ dan, ma jseħħx.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li fil-mument tagħtik appoġġ morali hi Leo
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom
Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Issa li ż-żodijaku għadda mill-fażi ta’ dik l-imsejħa ‘New Moon’, l-effett tagħha fuq Capricorn se jkun wieħed ta’ kalmezza iktar mis-soltu. Ovvjament, Capricorn huma magħrufin kemm huma persuni xi ftit aggressivi f’diversi aspetti tal-ħajja, imma din il-fażi se toħloq ġewwa fik ċertu kalmizza li permezz tagħha, int se tagħraf ikollok ċertu aktar kontroll tiegħek innifsek dwar dak li int trid twettaq u dan int aktar ma jgħaddi żmien, se tagħrad kemm kien utli għalik.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li fil-mument tagħtik appoġġ morali hi Virgo
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom