![[IT-TIENI PARTI] Is-sensiela oriġinali Planet of the Apes](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/planet_of_apes_2.png)
Il-Qamar Ġdid
Imwassal lilkom minn PaulJon

Illum se nwasslilkom informazzjoni dwar dak imsejjaħ bħala Qamar Ġdid jew kif nafuh aħjar, bħala New Moon.
Fl-astroloġija għandna żewġ qmura: il-Qamar Kwinta u l-Qamar Ġdid, u propju llum se nwassal ftit informazzjoni dwar dan.
Il-qamar ġdid ta’ Pisces jibda għall-ħabta ta’ sbieħ il-Ħadd kmieni, u dan jiġri meta l-qamar jgħaddi minn quddiem ix-xemx.
Peress li dan se jaħbat fi żmien Pisces, se joffri pożittività kbira lil Aries, Taurus, Cancer, Virgo u Sagittarius.
Dan it-tip ta’ qamar se jkollu effett fuq ħafna sabiex ikunu magħqudin f’dik l-imħabba u f’aktar sensittività mis-soltu, billi jkunu aktar ħaġa waħda.
Se jkollu effett ukoll fuq il-ħajja tax-xogħol ta’ xi wħud fejn se jħossuhom jerfgħu iktar responsabbiltà fuqhom.
Però, dan il-qamar żgur li se jkun effettiv sabiex jiġġenera iktar qawwa pożittiva madwar l-istilel kollha.