L-Oroskopju
Aqra xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Issa li ż-żodijaku jinsab fiċ-ċentru tal-istilla ta’ Pisces, għalik li int Aquarius dan ifisser li trid tkun iktar paċenzjuż għal dak li int tkun tixtieq. Għalkemm taf tagħmel ta’ rasek u ma tiħux paċenzja, se tara li s-sitwazzjoni tkun marret il-kontra ta’ dak li int tkun tixtieq. Għalhekk, finalment ikollok tisma’ mill-parir sabiex tkun iktar paċenzjuż sabiex tasal għal dak li tixtieq int. Agħraf dejjem dan.
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Pisces tagħtik direzzjoni pożittiva hi Leo
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Issa li ż-żodijaku jinsab fiċ-ċentru tal-istilla ta’ Pisces, għalik li int stess int Pisces, u għalhekk qiegħed ‘home’. Għandek iċ-ċans li takkwista dak kollu pożittiv li jista’ jkun ta’ gwadann għalik. Din il-pożizzjoni li bħalissa għandek fiż-żodijaku, tista’ tiftaħlek ħafna bibien, imma dejjem int trid tagħraf il-potenzjal ta’ dak kollu li jista’ jiġi. Kollox ma’ kollox, dan huwa mument maġiku għalik fejn tista’ tavvanza ħafna ’il quddiem, partikolarment fil-karriera tiegħek. Agħraf dejjem dan.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Pisces tagħtik direzzjoni pożittiva hi Capricorn
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom
Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April
Issa li ż-żodijaku jinsab fiċ-ċentru tal-istilla ta’ Pisces, għalik li int Aries, dan ifisser li trid tagħraf aktar bil-galbu u b’attenzjoni dak kollu li jkun qiegħed idur. Kemm fil-madwar personali tiegħek imma aktar u aktar, dak li jkun għaddej minn madwarek. Issa dan huwa mument fejn int trid tagħraf kull ċaqliq sabiex issa tkun tista’ tagħmel valutazzjoni ta’ x’inhu l-aħjar għalik jew ovvjament, dak li mhux tajjeb għalik. Tħallix din il-fażi tgħaddi imma aħtaf l-opportunità. Agħraf dejjem dan.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Pisces tagħtik direzzjoni pożittiva hi Scorpio
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu
Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Issa li ż-żodijaku jinsab fiċ-ċentru tal-istilla ta’ Pisces, għalik li int Taurus, dan ifisser li int trid tbiddel ftit dak li int is-soltu kont tagħmlu bħal qisek kollox huwa for granted. Issa għandek iċ-ċans li tkun aktar flessibbli f’dak kollu li int tagħmel, però taħt din l-istilla ta’ Pisces, l-aktar li tista’ tmur tajjeb fit-titjib li tista’ tagħmel hi ovvjament fejn tidħol l-imħabba, u dan mhux biss mal-partner tiegħek, imma anke mal-familja u ma’ dawk l-aktar viċin tiegħek. Agħraf dan.
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Pisces tagħtik direzzjoni pożittiva hi Virgo
Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Issa li ż-żodijaku jinsab fiċ-ċentru tal-istilla ta’ Pisces, għalik li int Gemini, dan ifisser żmien ta’ pjanar. Żmien ukoll li s-sitwazzjonijiet li kienu waqgħu lura jkunu identifikati u jiġu attwati. Imma l-qofol ta’ dan il-mument huwa pjanar għal dak kollu li huwa sinifikat għalik, kemm fl-imħabba u kemm fil-karriera li int għandek. Dan huwa mument fejn tista’ tfassal il-pjanijiet b’aktar attenzjoni u anke f’ċertu dettall li bħala Gemini, int tant magħruf għalihom, għalhekk, agħraf dejjem dan.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Pisces tagħtik direzzjoni pożittiva hi Cancer
Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Issa li ż-żodijaku jinsab fiċ-ċentru tal-istilla ta’ Pisces, għalik li int Cancer, dan ifisser mument ta’ riflessjoni fuq dak li int aktar ’il quddiem fil-ħajja tiegħek tixtieq tagħmel. Għalhekk, int agħraf dawk il-punti vitali l-aktar li tista’ tirrifletti fuqhom, u minn hemm’il quddiem tkun tista’ tagħraf il-ħtieġa ta’ fejn l-aktar tirrifletti fix-xhur li ġejjin. Agħraf li dak li int se tirrifletti, l-aktar ikunu dawk il-pjanijiet li int l-aktar trid tara riżultati minnhom. Għalhekk, waqt li toqgħod tirrfletti sew, agħraf dejjem dan.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Pisces tagħtik direzzjoni pożittiva hi Aquarius
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Issa li ż-żodijaku jinsab fiċ-ċentru tal-istilla ta’ Pisces, għalik li int Leo, dan ifisser mument ta’ kuraġġ u determinazzjoni aktar li int għandek bżonn fil-ħajja ta’ madwarek. Peress li speċjalment id-determinazzjoni naqset xi ftit minn ġewwa fik, dan huwa dan il-mument sabiex din terġa’ tidħol ġewwa fik sabiex int tkompli timxi b’dak il-pass li int tant magħruf għalih. Toqgħodx tħares lura u tgħid xi tlift, imma issa ħares ’il quddiem sabiex tkattar dak li hemm lest u ġej lejk. Agħraf dejjem dan.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Pisces tagħtik direzzjoni pożittiva hi Pisces
Leo huma magħrufin kemm huma nies umli
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Issa li ż-żodijaku jinsab fiċ-ċentru tal-istilla ta’ Pisces, għalik li int Virgo, dan ifisser li huwa mument fejn int trid trabbi paċenzja dwar dak li int trid twettaq imma xorta waħda trid tkun mexxej, mhux minħabba l-paċenzja twaqqaf ir-ritmu ta’ dak li għandu jitwettaq. Il-paċenzja trid tkun aktar f’dak li int taħseb sabiex dak li hemm ġej bil-mod u b’kawtela jkun maħsub sew, u dan se jkun importanti ħafna għalik għaliex se tara tibdil fir-riżultati li tirċievi. Agħraf dejjem dan.
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Pisces tagħtik direzzjoni pożittiva hi Taurus
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Issa li ż-żodijaku jinsab fiċ-ċentru tal-istilla ta’ Pisces, għalik li int Libra dan ifisser li huwa mument fejn int trid timxi f’dak li jiġi f’moħħok milli dak li jiġi f’qalbek. Dan il-mument hu sensittiv ħafna għalik, għalkemm taf tiżbalja, però tirkupra ferm tajjeb minn dan l-iżball li int tista’ twettaq, u għalhekk il-parir li bħalissa hu vijabbli, hu li int timxi bil-ħsieb tal-moħħ u mhux b’dak li jiġi f’qalbek, għax dan ikun il-kaġun u żgur trid tagħraf ħafna dak li int se twettaq fiż-żmien li ġej. Agħraf dejjem dan.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Pisces tagħtik direzzjoni pożittiva hi Sagittarius
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Issa li ż-żodijaku jinsab fiċ-ċentru tal-istilla ta’ Pisces, għalik li int Scorpio, dan ifisser li huwa mument ta’ għarfien ta’ dawk li huma madwarek. Dan il-mument se joffrilek l-opportunità li int tagħraf min dawk ta’ madwarek huma l-vera persuni li int tista’ tafda sabiex tkompli miexi ’l quddiem. Dan irid ikun il-pass li int trid tagħmel għalkemm jaf ikun pass diffiċli għax se jkollok taqta’ xi wħud minn madwarek, imma aħjar ikun hemm milli jkun hemm xi forma ta’ uġigħ. Agħraf dan dejjem.
Kulura favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Pisces tagħtik direzzjoni pożittiva hi Aries
Scorpion huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom
Sagittarius mill-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Issa li ż-żodijaku jinsab fiċ-ċentru tal-istilla ta’ Pisces, għalik li int Sagittarius, dan ifisser li int trid tkun aktar formali fl-imħabba ta’ madwarek. Kemm f’dik li għandha x’taqsam ma’ relazzjoni aktar u aktar ma’ dawk tal-familja tiegħek. Int trid tagħraf twassal dak li turi f’imħabbtek b’mod aktar dirett sabiex fejn int trid twassal dan, dan jinħass iktar mis-soltu. Dan huwa mument għalik fejn imħabbtek se tkun sors ta’ komunikazzjoni għal dak li int tkun tixtieq twassal. Agħraf dan dejjem.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Pisces tagħtik direzzjoni pożittiva hi Gemini
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Issa li ż-żodijaku jinsab fiċ-ċentru tal-istilla ta’ Pisces, għalik li int Capricorn, dan ifisser li int trid tkun aktar preċiża f’dak li int trid twettaq madwarek. Nuqqas ta’ dan jikkawża sitwazzjonijiet daqsxejn negattivi. Għalhekk, int agħmel bħal pjan żgħir li int tagħraf li f’dan il-pjan tkun tista’ twettaq dak kollu b’mod preċiż. Lesti dak kollu li int kellek f’dan il-pjan, imbagħad imxi għal pjan ieħor, imma dejjem trid tkun kemm tista’ preċiż f’dak li int tkun se twettaq. Agħraf dan dejjem.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Pisces tagħtik direzzjoni pożittiva hi Libra
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom