L-Oroskopju
Ara xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa fl-oroskopju mwassal minn Paul Jon
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
L-effett tal-qamar kwinta fiż-żodijaku ta’ Aquarius ħalla l-impatt tiegħu fil-mod kif int se tkun qed taħseb dwar dak kollu li ġej f’dawn il-ġranet. Għalhekk, issa li taf b’dan, għandek tagħraf li kull sitwazzjoni li int tista’ tiffaċċja, għandek tirrifletti aktar minn dak li int tagħmel. Dan sabiex tkun tista’ tieħu l-aħjar direzzjoni f’dal li int tkun se tiddeċiedi. Ftakar biss li f’dan il-mument, kulma tagħmel, ġej mill-effett ta’ qamar kwinta u għalhekk trid tkun iktar int, iktar trankwill, ħalli l-ebda negattività ma tersaq madwarek.
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li int f’dan il-mument toffrilek fiduċja pożittiva, ġejja minn Gemini
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
L-effett tal-qamar kwinta fiż-żodijaku ta’ Pisces ħalla l-impatt tiegħu fil-mod ta’ tkattir ta’ iktar responsabbiltà fl-abbiltà li int għandek madwarek. Jista’ jkun li qabel din il-fażi, int kont illaxkajt ftit mill-piż ta’ responsabbiltà li int trid terfa’ minn dak li hemm madwarek, imma issa se tagħraf li dan kien nuqqas, u se terġa tħoss dik il-ħeġġa ta’ responsabbiltà fik, għal dak li hemm madwarek. Ftakar biss li f’dan il-mument, kulma tagħmel ġej mill-effett tal-qamar kwinta u għalhekk trid tkun iktar int u tqawwi l-moral fir-responsabbiltà li ddur madwarek.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li int f’dan il-mument toffrilek fiduċja pożittiva, ġejja minn Cancer
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom
Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April
L-effett tal-qamar kwinta fiż-żodijaku ta’ Aries ħalla impatt sensittiv qawwi ġewwa fik li mhux normali għalik li tkun daqstant sensittiv, imma dan il-perjodu issa li int qed tħoss din is-sensittività, se tkun ir-raġun li int tiġbed iktar simpatija pożittiva lejk, li sa ftit ilu kienet nieqsa sew minn madwarek. Hekk tagħraf ukoll li int taf tkun aħjar milli kont dan l-aħħar. Ftakar biss li f’dan il-mument, kulma tagħmel ġej mill-effett tal-qamar kwinta u għalhekk trid tkun iktar magħqud ġewwa fik sabiex dak li ġej, jitkattar kemm għalik u għal ta’ madwarek.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li int f’dan il-mument toffrilek fiduċja pożittiva, ġejja minn Leo
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu
Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
L-effett tal-qamar kwinta fiż-żodijaku ta’ Taurus ħalla impatt enerġetiku ġewwa fik li qed tħoss iktar saħħa mis-soltu li kont. Din l-enerġija se tagħtik iċ-ċans sabiex iżżid xi nuqqas li kien b’xi mod nieqes f’ħin għar-relazzjoni, bħal ma kontx tħossok b’saħħtek biżżejjed, li wara ġurnata xogħol tmur sal-gym jew tagħmel xi mixja jew xi forma ta’ eżerċizzju. Issa, b’din l-enerġija fik, se tkun tista’ tqatta’ dan. Ftakar biss li f’dan il-mument, kulma tagħmel ġej mill-effett tal-qamar kwinta u għalhekk trid tkun kapaċi li l-ħin li kont titlef qabel, issa ssaħħu b’dak li hemm madwarek.
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li int f’dan il-mument toffrilek fiduċja pożittiva, ġejja minn Virgo
Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
L-effett tal-qamar kwinta fiż-żodijaku ta’ Gemini ħalla impatt ta’ kuraġġ aktar minn qatt qabel ġewwa fik sabiex tikkumbatti dak il-mewġ li int qed taffaċċja b’mod partikolari fil-karriera bħalissa, u dan għandu jqawwilek il-moral li għalkemm dak l-isforz kollu li int qed tagħmel u sfortunatament, qiegħed tara li mhux jagħtik dak li tixtieq int, ma jkollux effett imma tibqa’ tikkumbatti iktar. Ftakar biss li f’dan il-mument, kulma tagħmel ġej mill-effett tal-qamar kwinta u għalhekk trid tkun kapaċi ssaħħaħ il-moral aktar sabiex tkattar dak li hemm madwarek.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li int f’dan il-mument toffrilek fiduċja pożittiva, ġejja minn Libra
Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
L-effett tal-qamar kwinta fiż-żodijaku ta’ Cancer ħalla impatt fis-saħħa tiegħek, u dan ma kienx tiżultat ta’ xi mard u dgħufija personali imma ġej mill-effett ta’ sistema żodijaka. Għalhekk, m’għandekx toqgħod tmur għal xi parir mediku għax wisq probabbli, se jkun għal xejn, għax dan ikun effett li hemm ċans ma jingħarafx (dejjem jekk ġara f’dawn il-ġranet biss, u mhux diġà kien hemm xi ħaġa). Ftakar biss li f’dan il-mument, kulma tagħmel ġej mill-effett tal-qamar kwinta u għalhekk trid tkun fil-ħsieb tal-moħħ sabiex ma tkabbarx dan madwarek.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li int f’dan il-mument toffrilek fiduċja pożittiva, ġejja minn Sagittarius
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
L-effett tal-qamar kwinta fiż-żodijaku ta’ Leo ħalla impatt ta’ twemmin iktar mis-soltu, f’dak li int kont temmen fik innifsek ftit ta’ żmien ilu, u dan għandu jkun ferm utli għalik sabiex f’din id-direzzjoni int temmen f’ħila u kapaċità u intellet li int għandek ġewwa fik, u tagħraf li kważi kapaċi tmexxi iktar lilek innifsek, iktar minn qatt qabel. Ftakar biss li f’dan il-mument, kulma tagħmel ġej mill-effett tal-qamar kwinta u għalhekk trid tkun aktar issa int f’dak li qed tħoss sabiex is-sitwazzjonijiet li ġejjin tagħraf tkattarhom għall-ġid ta’ madwarek.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li int f’dan il-mument toffrilek fiduċja pożittiva, ġejja minn Scorpio
Leo huma magħrufin kemm huma nies umli
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
L-effett tal-qamar kwinta fiż-żodijaku ta’ Virgo ħalla l-impatt tiegħu fil-mod għal dawn il-ġranet li ġejjin, kif int se tikkonfronta lil min jipprova bħal qisu jgħaddik minn għajn il-labbra. Issa int trid toqgħod ferm attent għax dak li int se tħoss ġewwa fik, mhu ses jkun dak li int tħoss normali, u taf tkun xi ftit iktar agressiva meta tiġi ffaċjat b’xi forma ta’ reżistenza. Ftakar biss li f’dan il-mument, kulma tagħmel ġej mill-effett tal-qamar kwinta u għalhekk trid tkun aktar int sabiex tikkontrolla dak tal-madwar.
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li int f’dan il-mument toffrilek fiduċja pożittiva, ġejja minn Capricorn
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
L-effett tal-qamar kwinta fiż-żodijaku ta’ Libra ħalla l-impatt tiegħu fil-mod ta’ kif int se tibda tħejji l-ħsieb jiġġenera dwar ċertu deċiżjonijiet li fil-passat kont tkun trid xi forma ta’ tieni opinjoni għalkemm fl-aħħar, tkun int li tasal tagħmel deċiżjoni. Però issa għal dawn il-ġimgħat li ġejjin, din is-sitwazzjoni mhix se tibqa’ iktar fik. Ftakar biss li f’dan il-mument, kulma tagħmel ġej mill-effett tal-qamar kwinta u għalhekk trid tkun aktar int sabiex iżżomm jekk jista’ jkun dan il-pass għall-ġid ta’ madwarek.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li int f’dan il-mument toffrilek fiduċja pożittiva, ġejja minn Aquarius
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
L-effett tal-qamar kwinta fiż-żodijaku ta’ Scorpio ħalla l-impatt tiegħu fil-mod ta’ deċiżjonijiet li se tkun riesqa lejk fi żmien qarib li din id-deċiżjoni se tkun taf li għandek ikollok impatt differenti fil-format tal-ħajja li llum int għandek u kif qed tagħmilha. Ftakar biss li f’dan il-mument, kulma tagħmel ġej mill-effett tal-qamar kwinta u għalhekk trid tkun aktar int sabiex tagħraf li dak li lest terfa’, ikun ta’ responsabbiltà li int lest għaliha u tkun ta’ ġid għal madwarek.
Kulura favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li int f’dan il-mument toffrilek fiduċja pożittiva, ġejja minn Pisces
Scorpion huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom
Sagittarius mill-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
L-effett tal-qamar kwinta fiż-żodijaku ta’ Sagittarius ħalla l-impatt tiegħu fil-mod li fixklek minn dak li int kont se tibda tippjana jew tħejji dwaru. Issa trid iżżomm il-pass li għalkemm se jkun hemm dan l-effett madwarek ta’ inċertezza, int trid iżżomm mal-ħsieb li int kellek ftit qabel ma bdejt tħoss dan. Ftakar biss li f’dan il-mument, kulma tagħmel ġej mill-effett tal-qamar kwinta u għalhekk trid tkun aktar int sabiex it-triq ta’ dan il-ħsieb iżżommha ġo fik, sabiex tkattar il-madwar.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li int f’dan il-mument toffrilek fiduċja pożittiva, ġejja minn Aries
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
L-effett tal-qamar kwinta fiż-żodijaku ta’ Capricorn ħalla l-impatt tiegħu fil-mod kif int se żżomm dak li int irnexxielek iżomm fil-madwar tiegħek. Għalkemm se jkun hemm xi ftit mumenti ta’ tfixkil, int mill-esperjenzi passati tiegħek se tagħraf iżżomm sod, u dak li hemm madwarek iżżommu, anzi tagħraf iktar dan. Ftakar biss li f’dan il-mument, kulma tagħmel ġej mill-effett tal-qamar kwinta u għalhekk trid tkun aktar int sabiex it-triq ta’ dan il-ħsieb iżżommha ġo fik, sabiex tkattar il-madwar.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li int f’dan il-mument toffrilek fiduċja pożittiva, ġejja minn Taurus
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom